10.3.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 73/44


DEĊIŻJONI Nru 2020/7 TAL-KUMITAT TA’ TMEXXIJA REĠJONALI TAL-KOMUNITÀ TAT-TRASPORT

dwar il-ħatra tal-Awditur Estern Indipendenti għat-twettiq tal-awditu annwali għas-Sena Fiskali 2019 [2023/557]

IL-KUMITAT TA’ TMEXXIJA REĠJONALI TAL-KOMUNITÀ TAT-TRASPORT,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità tat-Trasport u, b’mod partikolari, l-Artikolu 24(1) u l-Artikolu 36 tiegħu,

Wara li kkunsidra r-regoli finanzjarji u l-proċeduri tal-awditjar applikabbli għall-Komunità tat-Trasport, u b’mod partikolari l-Artikoli 62 u 63 tagħhom,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Grant Thornton D.O.O. bl-indirizz: Kneginje Zorke 2/4 Belgrad, jinħatar bħala l-Awditur Indipendenti Estern għat-twettiq tal-awditu annwali għas-Sena Fiskali 2019 tal-Komunità tat-Trasport.

Magħmul f’Sarajevo, it-3 ta’ Settembru 2020.

Għall-Kumitat ta’ Tmexxija Reġjonali

Il-President