10.3.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 73/38


DEĊIŻJONI Nru 2020/2 TAL-KUMITAT TA’ TMEXXIJA REĠJONALI TAL-KOMUNITÀ TAT-TRASPORT

(Wara konsultazzjoni mal-membri tal-Kumitat ta’ Tmexxija Reġjonali)

dwar id-Direttur tas-Segretarjat Permanenti tal-Komunità tat-Trasport [2023/554]

IL-KUMITAT TA’ TMEXXIJA REĠJONALI TAL-KOMUNITÀ TAT-TRASPORT,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità tat-Trasport u, b’mod partikolari, l-Artikolu 24(1) u l-Artikolu 30 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni 2019/2 tal-Kumitat ta’ Tmexxija Reġjonali tat-28 ta’ Jannar 2019,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni 2019/3 tal-Kumitat ta’ Tmexxija Reġjonali tal-5 ta’ Ġunju 2019 dwar ir-Regoli dwar ir-Reklutaġġ, il-Kundizzjonijiet tax-Xogħol u l-ekwilibriju ġeografiku tal-persunal tas-Segretarjat Permanenti tal-Komunità tat-Trasport,

Wara li kkunsidra l-konklużjonijiet maqbula tal-laqgħa tal-Kumitat ta’ Tmexxija Reġjonali tat-18 ta’ Mejju 2020 u l-konsultazzjoni sussegwenti tal-Kunsill Ministerjali kif ukoll il-konklużjonijiet tat-tmien laqgħa tal-Kumitat ta’ Tmexxija Reġjonali tat-30 ta’ Ġunju;

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Is-Sur Matej Zakonjsek jinħatar bħala d-Direttur tas-Segretarjat Permanenti.

Artikolu 2

Il-post ta’ assenjazzjoni huwa s-sede tas-Segretarjat Permanenti tal-Komunità tat-Trasport, Masarikova 5, 11000 Belgrad (is-Serbja).

Artikolu 3

Din il-ħatra hija konkluża għal perjodu ta’ 36 xahar, mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-deċiżjoni u tista’ tiġġedded għal massimu ta’ darbtejn.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha ssir effettiva fl-1 ta’ Awwissu 2020.

Magħmul f’Sarajevo, fis-6 ta’ Lulju 2020.

Għall-Kumitat ta’ Tmexxija Reġjonali

Il-President