10.3.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 73/36


DEĊIŻJONI Nru 2019/2 TAL-KUMITAT TA’ TMEXXIJA REĠJONALI TAL-KOMUNITÀ TAT-TRASPORT

(wara konsultazzjoni bil-miktub tal-membri tal-Kumitat ta’ Tmexxija Reġjonali) dwar id-Direttur tas-Segretarjat Permanenti tal-Komunità tat-Trasport [2023/552]

IL-KUMITAT TA’ TMEXXIJA REĠJONALI TAL-KOMUNITÀ TAT-TRASPORT,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità tat-Trasport, u b’mod partikolari l-Artikolu 24(1) u l-Artikolu 30 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni 2019/1 tal-Kumitat ta’ Tmexxija Reġjonali tas-16 ta’ Jannar 2019,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Is-Sur Alain Baron jinħatar bħala Direttur “interim” tas-Segretarjat Permanenti.

Artikolu 2

L-Artikolu 1 għandu japplika mid-data tal-adozzjoni ta’ din id-deċiżjoni. Għandu jieqaf japplika jum qabel dak li fih tidħol fis-seħħ il-ħatra tad-Direttur tas-Segretarjat Permanenti.

Magħmul f’Tirana, fit-28 ta’ Jannar 2019.

Għall-Kumitat ta’ Tmexxija Reġjonali

Il-President