16.2.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 49/55


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 26/2020

tas-7 ta’ Frar 2020

li temenda l-Anness XVI (Akkwisti pubbliċi) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2023/304]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim dwar iż-ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/1827 tat-30 ta’ Ottubru 2019 li jemenda d-Direttiva 2014/23/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-limiti għall-konċessjonijiet (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE.

(2)

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/1828 tat-30 ta’ Ottubru 2019 li jemenda d-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-limiti stabbiliti għall-kuntratti pubbliċi ta’ provvisti, ta’ servizzi u ta’ xogħlijiet, u għall-kompetizzjonijiet ta’ disinn (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE.

(3)

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/1829 tat-30 ta’ Ottubru 2019 li jemenda d-Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-limiti stabbiliti għall-kuntratti ta’ provvista, xogħlijiet u servizzi, u għall-kompetizzjonijiet ta’ disinn (3) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE.

(4)

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/1830 tat-30 ta’ Ottubru 2019 li jemenda d-Direttiva 2009/81/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-limiti minimi għall-kuntratti ta’ provvisti, ta’ servizzi u ta’ xogħlijiet (4) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE.

(5)

Jenħtieġ għalhekk, li l-Anness XVI tal-Ftehim dwar iż-ŻEE jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness XVI tal-Ftehim dwar iż-ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

L-inċiż li ġej jiżdied fil-punt 2 (id-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):

“—

32019 R 1828: Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/1828 tat-30 ta’ Ottubru 2019 (ĠU L 279, 31.10.2019, p. 25).”

2.

L-inċiż li ġej jiżdied fil-punt 4 (id-Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):

“—

32019 R 1829: Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/1829 tat-30 ta’ Ottubru 2019 (ĠU L 279, 31.10.2019, p. 27).”

3.

L-inċiż li ġej jiżdied fil-punt 5c (id-Direttiva 2009/81/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):

“—

32019 R 1830: Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) 2019/1830 tal-30 ta' Ottubru 2019 (ĠU L 279, 31.10.2019, p. 29).”

4.

L-inċiż li ġej jiżdied fil-punt 6f (id-Direttiva 2014/23/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):

“—

32019 R 1827: Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/1827 tat-30 ta’ Ottubru 2019 (ĠU L 279, 31.10.2019, p. 23).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolamenti Delegati (UE) 2019/1827, (UE) 2019/1828, (UE) 2019/1829 u (UE) 2019/1830 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-8 ta’ Frar 2020, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Frar 2020.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Clara GANSLANDT


(1)  ĠU L 279, 31.10.2019, p. 23.

(2)  ĠU L 279, 31.10.2019, p. 25.

(3)  ĠU L 279, 31.10.2019, p. 27.

(4)  ĠU L 279, 31.10.2019, p. 29.

(*1)  Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.