12.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 11/36


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 268/2019

tal-25 ta’ Ottubru 2019

li temenda l-Anness XXI (Statistika) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2023/91]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim dwar iż-ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 2018/643 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-18 ta’ April 2018 dwar l-istatistika tat-trasport bil-ferrovija (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE.

(2)

Ir-Regolament (UE) 2018/643 iħassar ir-Regolament (KE) Nru 91/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, li huwa inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE u li konsegwentement irid jitħassar skont il-Ftehim dwar iż-ŻEE.

(3)

Jenħtieġ għalhekk, li l-Anness XXI tal-Ftehim dwar iż-ŻEE jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

It-test tal-punt 7 (ir-Regolament (KE) Nru 91/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Anness XXI tal-Ftehim dwar iż-ŻEE jinbidel b’li ġej:

32018 R 0643: Ir-Regolament (UE) Nru 2018/643 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ April 2018 dwar l-istatistika tat-trasport bil-ferrovija (ĠU L 112, 2.5.2018, p. 1).

Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, id-dispożizzjonijiet tar-Regolament għandhom jinqraw bl-adattamenti li ġejjin:

(a)

Dan ir-Regolament ma għandux japplika għall-Iżlanda.

(b)

Il-Liechtenstein huwa eżentat milli jirrapporta data dwar oġġetti skont l-Annessi I, III, IV, VI u VII. Sakemm il-limitu fl-Artikolu 4(2)b ma jinqabiżx, kif irrappurtat skont l-Anness VIII, il-Liechtenstein huwa eżentat milli jirrapporta data dwar il-passiġġieri skont l-Annessi II, III u IV.”

Artikolu 2

It-test tar-Regolament (UE) 2018/643 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġi ppubblikat fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-26 ta’ Ottubru 2019, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (*1)

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Ottubru 2019.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Gunnar PÁLSSON


(1)   ĠU L 112, 2.5.2018, p. 1.

(*1)  Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.