12.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 11/30


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 263/2019

tal-25 ta’ Ottubru 2019

li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2023/86]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim dwar iż-ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1094 tas-17 ta’ Ġunju 2019 li tawtorizza lill-Istati Membri jadottaw ċerti derogi skont id-Direttiva 2008/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-trasport intern ta’ oġġetti perikolużi (1) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim dwar iż-ŻEE.

(2)

Jenħtieġ għalhekk, li l-Anness XIII tal-Ftehim dwar iż-ŻEE jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej jiżdied fil-punt 13c (id-Direttiva 2008/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Anness XIII tal-Ftehim dwar iż-ŻEE:

“—

32019 D 1094: Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1094 tas-17 ta’ Ġunju 2019 (ĠU L 173, 27.6.2019, p. 52).”

Artikolu 2

It-test tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1094 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġi ppubblikat fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-26 ta’ Ottubru 2019, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Ottubru 2019.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Gunnar PÁLSSON


(1)   ĠU L 173, 27.6.2019, p. 52.

(*1)  Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.