12.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 11/18


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 256/2019

tal-25 ta’ Ottubru 2019

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, testijiet u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2023/79]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim dwar iż-ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2019/1175 tad-9 ta’ Lulju 2019 dwar ir-rikonoxximent tal-iskema tad-Direttiva dwar l-enerġija rinnovabbli marbuta mad-diskussjonijiet madwar mejda tonda dwar iż-żejt tal-palm sostenibbli msejħa “Roundtable on Sustainable Palm Oil RED” biex tintwera l-konformità mal-kriterji ta’ sostenibbiltà mogħtija fid-Direttivi 98/70/KE u 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim dwar iż-ŻEE.

(2)

Jenħtieġ għalhekk, li l-Anness II tal-Ftehim dwar iż-ŻEE jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 6aza (id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 2018/1854) tal-Kapitolu XVII tal-Anness II tal-Ftehim dwar iż-ŻEE:

“6azb.

32019 D 1175: Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1175 tad-9 ta’ Lulju 2019 dwar ir-rikonoxximent tal-iskema volontarja msejħa “Roundtable on Sustainable Palm Oil RED” biex tintwera l-konformità mal-kriterji ta’ sostenibbiltà skont id-Direttivi 98/70/KE u 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 184, 10.7.2019, p. 21).”

Artikolu 2

It-test tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1175 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġi ppubblikat fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-26 ta’ Ottubru 2019, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Ottubru 2019.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Gunnar PÁLSSON


(1)   ĠU L 184, 10.7.2019, p. 21.

(*1)  Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.