12.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 11/11


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 252/2019

tal-25 ta’ Ottubru 2019

li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) għall-Ftehim dwar iż-ŻEE [2023/75]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim dwar iż-ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1289 tal-31 ta’ Lulju 2019 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-L-arġinina prodotta mill-Corynebacterium glutamicum KCCM 11201P bħala addittiv fl-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE.

(2)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1290 tal-31 ta’ Lulju 2019 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/338 fir-rigward tal-kontenut minimu ta’ preparazzjoni ta’ 6-fitażi prodotta mill-Aspergillus niger (DSM 25770) bħala addittiv fl-għalf għat-tiġieġ tas-simna jew għat-tiġieġ imrobbija għall-bajd (id-detentur tal-awtorizzazzjoni BASF SE) (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE.

(3)

Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni dwar l-għalf. Il-leġiżlazzjoni li tirrigwarda l-għalf ma għandhiex tapplika għal-Liechtenstein sakemm l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kummerċ fil-prodotti agrikoli tibqa’ estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fl-adattamenti settorjali tal-Anness I tal-Ftehim dwar iż-ŻEE. Għaldaqstant, din id-Deċiżjoni ma tapplikax għal-Liechtenstein.

(4)

Jenħtieġ għalhekk, li l-Anness I tal-Ftehim dwar iż-ŻEE jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Kapitolu II tal-Anness I tal-Ftehim dwar iż-ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

Dan li ġej jiżdied fil-punt 252 (Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/338):

 

“kif emendat bi:

32019 R 1290: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1290 tal-31 ta’ Lulju 2019 (ĠU L 203, 1.8.2019, p. 6).”

2.

Il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 301 (ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1125):

“302.

32019 R 1289: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1289 tal-31 ta’ Lulju 2019 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-L-arġinina prodotta mill-Corynebacterium glutamicum KCCM 11201P bħala addittiv fl-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali (ĠU L 203, 1.8.2019, p. 2).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1289 u (UE) 2019/1290 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-26 ta’ Ottubru 2019, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Ottubru 2019.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Gunnar PÁLSSON


(1)  ĠU L 203, 1.8.2019, p. 2.

(2)  ĠU L 203, 1.8.2019, p. 6.

(*1)  Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.