5.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 4/80


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 244/2019

tal-27 ta’ Settembru 2019

li temenda l-Anness XX (L-Ambjent) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2023/49]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim dwar iż-ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/582 tat-3 ta’ April 2019 li tikkonferma jew temenda l-kalkolu proviżorju tal-emissjonijiet speċifiċi medji ta’ CO2 u l-miri tal-emissjonijiet speċifiċi għall-manifatturi ta’ vetturi kummerċjali ħfief ġodda għas-sena kalendarja 2017 u għall-konsorzju Volkswagen inklużi l-membri tiegħu għas-snin kalendarji 2014, 2015 u 2016 skont ir-Regolament (UE) Nru 510/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim dwar iż-ŻEE.

(2)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/583 tat-3 ta’ April 2019 li tikkonferma jew temenda l-kalkolu proviżorju tal-emissjonijiet speċifiċi medji ta’ CO2 u l-miri tal-emissjonijiet speċifiċi għall-manifatturi tal-karozzi tal-passiġġieri għas-sena kalendarja 2017 u għal ċerti manifatturi li jappartjenu għall-konsorzju Volkswagen għas-snin kalendarji 2014, 2015 u 2016 skont ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim dwar iż-ŻEE.

(3)

Jenħtieġ għalhekk, li l-Anness XX tal-Ftehim dwar iż-ŻEE jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness XX tal-Ftehim dwar iż-ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

Il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 21aezb (id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/2079):

“21aezc.

32019 D 0583: Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/583 tat-3 ta’ April 2019 li tikkonferma jew temenda l-kalkolu proviżorju tal-emissjonijiet speċifiċi medji ta’ CO2 u l-miri tal-emissjonijiet speċifiċi għall-manifatturi tal-karozzi tal-passiġġieri għas-sena kalendarja 2017 u għal ċerti manifatturi li jappartjenu għall-konsorzju Volkswagen għas-snin kalendarji 2014, 2015 u 2016 skont ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 100, 11.4.2019, p. 47).”

2.

Il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 21ayc (ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 427/2014):

“21ayd.

32019 D 0582: Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/582 tat-3 ta’ April 2019 li tikkonferma jew temenda l-kalkolu proviżorju tal-emissjonijiet speċifiċi medji ta’ CO2 u l-miri tal-emissjonijiet speċifiċi għall-manifatturi ta’ vetturi kummerċjali ħfief ġodda għas-sena kalendarja 2017 u għall-konsorzju Volkswagen inklużi l-membri tiegħu għas-snin kalendarji 2014, 2015 u 2016 skont ir-Regolament (UE) Nru 510/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 100, 11.4.2019, p. 66).”

Artikolu 2

It-testi tad-Deċiżjonijiet ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/582 u (UE) 2019/583 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-28 ta’ Settembru 2019, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Settembru 2019.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Gunnar PÁLSSON


(1)   ĠU L 100, 11.4.2019, p. 47.

(2)   ĠU L 100, 11.4.2019, p. 66.

(*1)  Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.