5.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 4/52


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 231/2019

tas-27 ta’ Settembru 2019

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, testijiet u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2023/36]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim dwar iż-ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 2019/698 tat-30 ta’ April 2019 li jemenda l-Annessi III u V tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-prodotti kożmetiċi (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE.

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/701 tal-5 ta’ April 2019 li tistabbilixxi glossarju ta’ ismijiet komuni tal-ingredjenti għall-użu fuq it-tikketti tal-prodotti kożmetiċi (2) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim dwar iż-ŻEE.

(3)

Id-Deċiżjoni (UE) 2019/701 tħassar, b’effett mit-8 ta’ Mejju 2020, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 96/335/KE (3), li hija inkorporata fil-Ftehim dwar iż-ŻEE u li konsegwentement għandha titħassar skont il-Ftehim dwar iż-ŻEE b’effett mit-8 ta’ Mejju 2020.

(4)

Jenħtieġ għalhekk, li l-Anness II tal-Ftehim dwar iż-ŻEE jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Kapitolu XVI tal-Anness II tal-Ftehim dwar iż-ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

L-inċiż li ġej jiżdied fil-punt 1a (ir-Regolament (KE) Nru 1223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):

“-

32019 R 0698: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2019/698 tat-30 ta’ April 2019 (ĠU L 119, 7.5.2019, p. 66).”

2.

Il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 13 (imħassar):

“13a.

32019 D 0701: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/701 tal-5 ta’ April 2019 li tistabbilixxi glossarju ta’ ismijiet komuni tal-ingredjenti għall-użu fuq it-tikketti tal-prodotti kożmetiċi (ĠU L 121, 8.5.2019, p. 1).”

3.

It-test tal-punt 10 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 96/335/KE) għandu jitħassar b’effett mit-8 ta’ Mejju 2020.

Artikolu 2

It-testi tar-Regolamenti (UE) 2019/698 u d-Deċiżjoni (UE) 2019/701 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-28 ta’ Settembru 2019, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Settembru 2019.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Gunnar PÁLSSON


(1)   ĠU L 119, 7.5.2019, p. 66.

(2)   ĠUL 121, 8.5.2019, p. 1.

(3)   ĠU L 132, 1.6.1996, p. 1.

(*1)  Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.