|
1.6.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 142/3 |
FTEHIM
Bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Federattiva tal-Brażil skont l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) tal-1994 dwar il-modifika tal-konċessjonijiet fuq il-kwoti tariffarji kollha inklużi fl-iskeda CLXXV tal-UE bħala konsegwenza tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea
L-UNJONI EWROPEA,
minn hawn ’il quddiem imsejħa l-“Unjoni”, u
IR-REPUBBLIKA FEDERATTIVA TAL-BRAŻIL,
minn hawn ’il quddiem imsejħa l-“Brażil”,
minn hawn ’il quddiem imsejħa konġuntament bħala “il-Partijiet”,
WARA LI KKUNSIDRAW in-negozjati li saru f’konformità mal-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) tal-1994 dwar il-modifika tal-konċessjonijiet fuq il-kwoti tariffarji kollha inklużi fl-Iskeda CLXXV tal-Unjoni Ewropea b’konsegwenza tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni kif ikkomunikat lill-Membri tad-WTO fid-dokument G/SECRET/42/Add.2,
FILWAQT LI JINNOTAW li dan il-Ftehim ma jirrappreżentax preċedent għal negozjati futuri,
FTIEHMU KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Objettivi
Mingħajr preġudizzju għal negozjati futuri skont l-Artikolu XXVIII tal-GATT tal-1994 u għall-finijiet biss tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni, l-objettiv ta’ dan il-Ftehim huwa li jintlaħaq qbil dwar l-impenji kwantitattivi tal-Unjoni li ma għadhiex tinkludi lir-Renju Unit, fejn il-Brażil għandu drittijiet ta’ negozjar jew konsultazzjoni skont l-Artikolu XXVIII tal-GATT tal-1994.
Artikolu 2
Kwoti tariffarji tal-Unjoni li ma għadhiex tinkludi lir-Renju Unit
1. Fir-rigward tal-kwoti tariffarji fejn il-Brażil għandu drittijiet ta’ negozjar skont l-Artikolu XXVIII tal-GATT tal-1994, il-Brażil u l-Unjoni jaqblu dwar il-volumi li ġejjin għall-impenji skedati:
|
Numru ta’ sekwenza TRQ |
Deskrizzjoni |
Unità |
Patti u kondizzjonijiet oħra |
Konċessjoni għall-Unjoni li ma għadhiex tinkludi lir-Renju Unit |
|
008 |
Laħam mingħajr għadam tal-annimali bovini, frisk, imkessaħ jew friżat Ġewwieni kommestibbli tal-annimali bovini, frisk, imkessaħ jew friżat |
t |
Il-Brażil |
8 951 |
|
010 |
Laħam tal-annimali bovini, friżat Ġewwieni kommestibbli tal-annimali bovini, friżat |
t (il-piż mingħajr għadam) |
Erga omnes |
43 732 |
|
011 |
Laħam tal-annimali bovini, friżat Ġewwieni kommestibbli tal-annimali bovini, friżat |
t (piż bil-għadam) |
Erga omnes |
19 676 |
|
020 |
Laħam tan-nagħaġ jew tal-mogħoż, frisk, imkessaħ jew friżat |
t (il-piż tal-karkassa) |
Oħrajn |
200 |
|
020 |
Laħam tan-nagħaġ jew tal-mogħoż, frisk, imkessaħ jew friżat |
t (il-piż tal-karkassa) |
Erga omnes |
178 |
|
021 |
Ġewwieni kommestibbli tal-annimali bovini, friżat |
t |
Oħrajn |
800 |
|
022 |
Karkassi tat-tiġieġ, frisk, imkessaħ jew friżat |
t |
Erga omnes |
4 054 |
|
024 |
Qatgħat tat-tiġieġ, frisk, imkessaħ jew friżat |
t |
Erga omnes |
8 253 |
|
025 |
Qatgħat mingħajr għadam ta’ tjur tal-ispeċi Gallus domesticus, friżat |
t |
Erga omnes |
2 427 |
|
026 |
Qatgħat ta’ tjur tal-ispeċi Gallus domesticus, friżat |
t |
Il-Brażil |
8 879 |
|
026 |
Qatgħat ta’ tjur tal-ispeċi Gallus domesticus, friżat |
t |
Erga omnes |
13 471 |
|
027 |
Laħam tad-dundjan, frisk, imkessaħ jew friżat |
t |
Erga omnes |
1 781 |
|
028 |
Qatgħat tad-dundjani, friżat |
t |
Il-Brażil |
2 885 |
|
028 |
Qatgħat tad-dundjani, friżat |
t |
Erga omnes |
4 253 |
|
029 |
Laħam tal-pollam immellaħ |
t |
Il-Brażil |
124 497 |
|
053 |
Manjoka (casava) minbarra gerbub tad-dqiq u tal-pasta Ararut, salep u għeruq u tuberi simili b’kontenut għoli ta’ lamtu |
t |
Membri oħra tad-WTO minbarra t-Tajlandja, iċ-Ċina u l-Indoneżja |
124 552 |
|
057 |
Larinġ ħelu, frisk |
t |
Erga omnes |
20 000 |
|
060 |
Għeneb tal-mejda, frisk, mill-21 ta’ Lulju sal-31 ta’ Ottubru |
t |
Erga omnes |
885 |
|
071 |
Qamħirrum |
t |
Erga omnes |
276 440 |
|
088 |
Laħam ippreparat tad-dundjani |
t |
Il-Brażil |
91 767 |
|
089 |
Laħam tat-tiġieġ proċessat, mhux imsajjar, li fih 57 % jew iktar skont il-piż tal-laħam jew tal-ġewwieni tal-pollam |
t |
Il-Brażil |
13 800 |
|
090 |
Laħam imsajjar ta’ tjur tal-ispeċi Gallus domesticus |
t |
Il-Brażil |
37 453 |
|
091 |
Laħam tat-tiġieġ proċessat li fih 25 % jew iktar iżda inqas minn 57 % skont il-piż tal-laħam jew tal-ġewwieni tal-pollam |
t |
Il-Brażil |
59 343 |
|
092 |
Laħam tat-tiġieġ proċessat li fih inqas minn 25 % skont il-piż tal-laħam jew tal-ġewwieni tal-pollam |
t |
Il-Brażil |
295 |
|
098 |
Zokkor mhux maħdum tal-kannamieli, għar-raffinar |
t |
Il-Brażil |
341 553 |
|
098 |
Zokkor mhux maħdum tal-kannamieli, għar-raffinar |
t |
Erga omnes |
341 460 |
|
103 |
Ċikkulata |
t |
Erga omnes |
81 |
|
108 |
Ananas ippreservat, frott taċ-ċitru, lanġas, berquq, ċirasa, ħawħ u frawli |
t |
Erga omnes |
2 820 |
|
109 |
Meraq tal-larinġ, friżat, ta’ densità li ma taqbiżx 1,33 g/cm3 f’temperatura ta’ 20 °C |
t |
Erga omnes |
1 500 |
|
110 |
Meraq tal-frott |
t |
Erga omnes |
6 551 |
|
013 |
Plywood ta’ speċijiet koniferi, mingħajr iż-żieda ta’ sustanzi oħra: — li s-superfiċi tiegħu ma jkunux preparati ulterjorment ħlief bil-proċess ta’ tqaxxir, eħxen minn 8,5 mm, jew — xkatlati, eħxen minn 18,5 mm |
metri kubi |
Erga omnes |
448 500 |
2. Fir-rigward tal-kwoti tariffarji fejn il-Brażil għandu drittijiet ta’ konsultazzjoni skont l-Artikolu XXVIII tal-GATT tal-1994, il-Brażil huwa sodisfatt bil-volumi li ġejjin għall-impenji skedati:
|
Numru ta’ sekwenza TRQ |
Deskrizzjoni |
Unità |
Patti u kondizzjonijiet oħra |
Konċessjoni għall-Unjoni li ma għadhiex tinkludi lir-Renju Unit |
|
046 |
Tewm |
t |
Oħrajn |
3 711 |
|
061 |
Tuffieħ, frisk, mill-1 ta’ April sal-31 ta’ Lulju |
t |
Erga omnes |
666 |
|
068 |
Qamħ komuni (ta’ kwalità medja u baxxa) |
t |
Oħrajn |
2 285 665 |
|
068 |
Qamħ komuni (ta’ kwalità medja u baxxa) |
t |
Erga omnes |
129 577 |
|
075 |
Ross meħluf (ismar) |
t |
Erga omnes |
1 416 |
|
076 |
Ross semimaċinat jew totalment maċinat |
t |
Erga omnes |
45 272 |
|
077 |
Ross semimaċinat jew totalment maċinat |
t |
Oħrajn |
7 779 |
|
078 |
Ross semimaċinat jew totalment maċinat |
t |
Erga omnes |
22 442 |
|
079 |
Ross imfarrak, maħsub għall-produzzjoni ta’ oġġetti tal-ikel tas-subintestatura 1901 10 00 |
t |
Erga omnes |
1 000 |
|
080 |
Ross imfarrak |
t |
Erga omnes |
28 360 |
|
081 |
Ross imfarrak |
t |
Erga omnes |
93 709 |
|
102 |
Ħelu |
t |
Erga omnes |
2 245 |
|
112 |
Preparazzjonijiet tal-ikel |
t |
Erga omnes |
783 |
|
119 |
Preparazzjonijiet magħmulin minn taħlita ta’ nebbiet ta’ malt u ta’ tgħarbil ta’ xgħir qabel il-proċess tal-immaltjar (possibbilment tinkludi żrieragħ oħrajn) b’tindif tax-xgħir wara l-proċess tal-immaltjar, u li fih, skont il-piż, 12,5 % jew aktar ta’ proteina Preparazzjonijiet magħmulin minn taħlita ta’ nebbiet ta’ malt u ta’ tgħarbil ta’ xgħir qabel il-proċess tal-immaltjar (possibbilment tinkludi ż-żrieragħ tagħhom) b’tindif tax-xgħir wara l-proċess tal-immaltjar, u li fih, skont il-piż, 12,5 % jew aktar ta’ proteina u mhux aktar minn 28 % tal-lamtu |
t |
Erga omnes |
20 000 |
|
120 |
Preparazzjonijiet magħmulin minn taħlita ta’ nebbiet ta’ malt u ta’ tgħarbil ta’ xgħir qabel il-proċess tal-immaltjar (possibbilment tinkludi żrieragħ oħrajn) b’tindif tax-xgħir wara l-proċess tal-immaltjar, u li fih, skont il-piż, 15,5 % jew aktar ta’ proteina Preparazzjonijiet magħmulin minn taħlita ta’ nebbiet ta’ malt u ta’ tgħarbil ta’ xgħir qabel il-proċess tal-immaltjar (possibbilment tinkludi ż-żrieragħ tagħhom) b’tindif tax-xgħir wara l-proċess tal-immaltjar, u li fih, skont il-piż, 15,5 % jew aktar ta’ proteina u mhux aktar minn 23 % tal-lamtu |
t |
Erga omnes |
100 000 |
|
121 |
Preparazzjonijiet oħra tat-tip użat fl-għalf tal-annimali: Ma fihomx prodotti tal-ħalib jew fihom inqas minn 10 % skont il-piż ta’ tali prodotti |
t |
Erga omnes |
2 800 |
|
122 |
Preparazzjonijiet oħra tat-tip użat fl-għalf tal-annimali: Ma fihx prodotti ta’ ħalib jew fih inqas minn 10 % tal-piż minn dawn il-prodotti |
t |
Erga omnes |
2 700 |
|
001 |
Tonn (tal-genus Thunnus) u ħut tal-genus Euthynnus |
t |
Erga omnes |
17 221 |
|
016 |
Ferrosiliċju |
t |
Erga omnes |
12 600 |
|
017 |
Ferrosiliċjumanganiż |
t |
Erga omnes |
18 550 |
|
018 |
Kromju tal-ħadid li fih mhux aktar minn 0,10 % bil-piż ta’ karbonju, u aktar minn 30 % iżda mhux aktar minn 90 % ta’ kromju |
t |
Erga omnes |
2 804 |
3. Fir-rigward tal-kwoti tariffarji elenkati fil-paragrafu 1, l-Unjoni ser tirrikonoxxi d-drittijiet inizjali ta’ negozjar tal-Brażil.
4. Fir-rigward tal-kwota tariffarja 011 (laħam tal-annimali bovini, friżat; ġewwieni kommestibbli ta’ annimali bovini, friżat), il-Brażil u l-Unjoni jaqblu dwar il-bidla li ġejja fl-impenji skedati biex jiġi ffaċilitat l-użu tal-kwota tariffarja: il-parti ad valorem tad-dazju fil-kwota għandha tkun limitata għal 15 %, minflok għal 20 %, kif inhu bħalissa.
5. Fir-rigward tal-allokazzjoni speċifika għall-pajjiż tal-Brażil għall-kwota tariffarja 098 (zokkor tal-kannamieli grezz, għar-rafinar), minkejja r-rabta fir-rata tal-kwota ta’ EUR 98 kull tunnellata, u dment li l-kwantitajiet rilevanti jkunu disponibbli fil-perjodu tal-kwota tariffarja fi żmien id-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim, l-Unjoni ser tapplika b’mod awtonomu:
|
(a) |
Fis-sena li fiha jidħol fis-seħħ il-Ftehim (sena 1), rata fil-kwota ta’ mhux aktar minn EUR 11 kull tunnellata fuq volum ta’ 5 963 tunnellata; |
|
(b) |
Fis-sena 2, rata fil-kwota ta’ mhux aktar minn EUR 11 kull tunnellata fuq volum ta’ 4 472 tunnellata u rata fil-kwota ta’ mhux aktar minn EUR 54 kull tunnellata fuq volum addizzjonali ta’ 5 963 tunnellata. |
Meta l-kwantitajiet rilevanti ma jkunux disponibbli kollha fil-perjodu tal-kwota tariffarja li jibda jiddekorri fil-mument tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim, l-Unjoni ser timplimenta l-punt (a) mis-sena 2 u għal durata li tikkorrispondi għall-perjodu bejn id-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim u l-implimentazzjoni tal-punt (b) fis-sena 3.
Artikolu 3
In-negozjati rikorrenti tal-Unjoni skont l-Artikolu XXVIII tal-GATT tal-1994
1. Il-partijiet jirrikonoxxu li l-Unjoni qed tkompli twettaq negozjati u konsultazzjonijiet ma’ Membri oħra tad-WTO li għandhom drittijiet ta’ negozjar jew ta’ konsultazzjoni skont l-Artikolu XXVIII tal-GATT tal-1994 bħala konsegwenza tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni kif ikkomunikat lill-Membri tad-WTO.
2. Bħala riżultat ta’ dawk in-negozjati u l-konsultazzjonijiet, l-Unjoni tista’ tikkunsidra bidla fl-ishma u l-kwantitajiet stabbiliti fl-Artikolu 2 jew dawk fid-dokument G/SECRET/42/Add.2. Fil-każ ta’ tali bidla fir-rigward ta’ impenn preċedenti ta’ kwota tariffarja tal-Unjoni li għaliha l-Brażil ikollu dritt ta’ negozjar jew ta’ konsultazzjoni, l-Unjoni għandha tikkonsulta jew tinnegozja mal-Brażil, kif xieraq, bil-ħsieb li tfittex eżitu reċiprokament sodisfaċenti qabel tipproċedi għal kwalunkwe bidla bħal din, mingħajr preġudizzju għad-drittijiet ta’ kull parti skont l-Artikolu XXVIII tal-GATT tal-1994.
Artikolu 4
Kwoti tariffarji tal-pollam 029, 088, 089, 090, 091, 092
Għall-importazzjonijiet ta’ prodotti tal-pollam skont il-kwoti tariffarji 029, 088, 089, 090, 091, 092 miftuħa mill-Unjoni favur il-Brażil, il-prova tal-oriġini li għandha tiġi ppreżentata meta l-prodott jiġi rilaxxat għaċ-ċirkolazzjoni libera tibqa’ ċertifikat tal-oriġini maħruġ b’mod mhux diskriminatorju mill-awtoritajiet kompetenti fil-Brażil.
Artikolu 5
Implimentazzjoni tal-volumi l-ġodda tat-TRQ
1. Il-bidliet fil-kwoti tariffarji introdotti b’dan il-Ftehim għandhom japplikaw mhux qabel id-data meta jsiru applikabbli l-bidliet korrispondenti previsti fil-Ftehim skont l-Artikolu XXVIII tal-GATT tal-1994 bejn il-Brażil u r-Renju Unit.
2. Il-Brażil għandu jinforma lill-Unjoni dwar il-konklużjoni tan-negozjati skont l-Artikolu XXVIII tal-GATT tal-1994 mar-Renju Unit mingħajr dewmien indebitu.
3. L-Unjoni ser tapplika l-aħjar sforzi tagħha biex tikkoordina mar-Renju Unit fuq skeda biex jiġu implimentati l-emendi rilevanti li jikkonċernaw il-volumi għall-kwoti tariffarji tal-pollam modifikati b’dan il-Ftehim sabiex jiġi żgurat li l-volum aggregat ta’ kull par kwoti tariffarji tal-pollam tal-Unjoni/tar-Renju Unit qatt ma jkun inqas mill-volum eżistenti tal-kwoti tariffarji tal-Unjoni qabel il-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni. Dan huwa mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe rikors futur għall-Artikolu XXVIII tal-GATT tal-1994 mill-Unjoni jew mir-Renju Unit.
Artikolu 6
Dispożizzjonijiet finali
1. Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara d-data li fiha l-Unjoni tkun innotifikat lill-Brażil bit-tlestija tal-proċeduri legali interni tagħha neċessarji għal dan il-fini.
2. Dan l-arranġament jikkostitwixxi ftehim internazzjonali bejn l-Unjoni u l-Brażil, inkluż għall-finijiet tal-Artikolu XXVIII: 3(a) u (b) tal-GATT tal-1994.
3. Dan il-Ftehim għandu jitfassal duplikatament bil-Bulgaru, biċ-Ċek, bid-Daniż, bl-Estonjan, bil-Finlandiż, bil-Franċiż, bil-Ġermaniż, bil-Grieg, bl-Ingliż, bl-Irlandiż, bil-Kroat, bil-Latvjan, bil-Litwan, bil-Malti, bin-Netherlandiż, bil-Pollakk, bil-Portugiż, bir-Rumen, bis-Slovakk, bis-Sloven, bl-Ispanjol, bl-Isvediż, bit-Taljan, u bl-Ungeriż, u kull test ikun awtentiku ugwalment.
B’XHIEDA TA’ DAN, il-Plenipotenzjarji ffirmati hawn taħt, debitament awtorizzati għal dan il-għan, iffirmaw dan il-Ftehim.
Съставено в Брюксел на първи февруари две хиляди двадесет и трета година.
Hecho en Bruselas, el uno de febrero de dos mil veintitrés.
V Bruselu dne prvního února dva tisíce dvacet tři.
Udfærdiget i Bruxelles den første februar to tusind og treogtyve.
Geschehen zu Brüssel am ersten Februar zweitausenddreiundzwanzig.
Kahe tuhande kahekümne kolmanda aasta veebruarikuu esimesel päeval Brüsselis.
Έγινε στις Βρυξέλλες, την πρώτη Φεβρουαρίου δύο χιλιάδες είκοσι τρία.
Done at Brussels on the first day of February in the year two thousand and twenty three.
Fait à Bruxelles, le premier février deux mille vingt-trois.
Arna dhéanamh sa Bhruiséil, an chéad lá de Feabhra na bhliain dhá mhíle fiche a trí.
Sastavljeno u Bruxellesu prvog veljače godine dvije tisuće dvadeset treće.
Fatto a Bruxelles, addì primo febbraio duemilaventitré.
Briselē, divi tūkstoši divdesmit trešā gada pirmajā februārī.
Priimta du tūkstančiai dvidešimt trečių metų vasario pirmą dieną Briuselyje.
Kelt Brüsszelben, a kétezer-huszonharmadik év február havának első napján.
Magħmul fi Brussell, fl-ewwel jum ta' Frar fis-sena elfejn u tlieta u għoxrin.
Gedaan te Brussel, een februari tweeduizend drieëntwintig.
Sporządzono w Brukseli dnia pierwszego lutego roku dwa tysiące dwudziestego trzeciego.
Feito em Bruxelas, em um de fevereiro de dois mil e vinte e três.
Întocmit la Bruxelles la întâi februarie două mii douăzeci și trei.
V Bruseli prvého februára dvetisícdvadsaťtri.
V Bruslju, prvega februarja dva tisoč triindvajset.
Tehty Brysselissä ensimmäisenä päivänä helmikuuta vuonna kaksituhattakaksikymmentäkolme.
Som skedde i Bryssel den första februari år tjugohundratjugotre.