8.4.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 109/13


Informazzjoni relatata mad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u Barbados li jemenda l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u Barbados dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn għal perijodu qasir

Il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u Barbados li jemenda l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u Barbados dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn qasir ser jidħol fis-seħħ fl-1 ta' Settembru 2022, wara li fid-29 ta' Marzu 2022 tlestiet il-proċedura prevista fl-Artikolu 2 tal-Ftehim.