17.11.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 298/42


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 204/2019

tal-10 ta’ Lulju 2019

li temenda l-Protokoll 31 għall-Ftehim dwar iż-ŻEE, dwar il-kooperazzjoni f’oqsma speċifiċi barra l-erba’ libertajiet [2022/2226]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim dwar iż-ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikoli 86 u 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Huwa xieraq li titkompla l-kooperazzjoni bejn il-Partijiet Kontraenti tal-Ftehim dwar iż-ŻEE fl-azzjonijiet tal-Unjoni ffinanzjati mill-baġit ġenerali tal-Unjoni fir-rigward tal-funzjonament u l-iżvilupp tas-suq intern tal-prodotti u tas-servizzi u fir-rigward tal-għodod ta’ governanza tas-suq intern.

(2)

Jenħtieġ għalhekk, li l-Protokoll 31 tal-Ftehim dwar iż-ŻEE jiġi emendat biex din il-kooperazzjoni estiża tkun tista’ tibda sseħħ mill-1 ta’ Jannar 2019,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Fil-paragrafi 12 u 14 tal-Artikolu 7 tal-Protokoll 31 tal-Ftehim dwar iż-ŻEE, il-kliem “u l-2018” jinbidlu bil-kliem “, l-2018 u l-2019”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-aħħar notifika skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (*).

Għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2019.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Lulju 2019.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Gunnar PÁLSSON


(*)  Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.