|
17.11.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 298/1 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 183/2019
tal-10 ta’ Lulju 2019
li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2022/2207]
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim dwar iż-ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/772 tal-21 ta’ Novembru 2017 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 576/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar miżuri sanitarji preventivi għall-kontroll tal-infezzjoni Echinococcus multilocularis fil-klieb, u li jħassar ir-Regolament Delegat (UE) Nru 1152/2011 (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE. |
|
(2) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/878 tat-18 ta’ Ġunju 2018 li jadotta l-lista tal-Istati Membri, jew partijiet tat-territorju tal-Istati Membri, li jikkonformaw mar-regoli għall-kategorizzazzjoni stabbilita fl-Artikolu 2(2) u (3) tar-Regolament Delegat (UE) 2018/772 dwar l-applikazzjoni ta’ miżuri sanitarji preventivi għall-kontroll tal-infezzjoni Echinococcus multilocularis fil-klieb (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE. |
|
(3) |
Ir-Regolament Delegat (UE) 2018/772 jirrevoka r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1152/2011 (3), li huwa inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE u li konsegwentement għandu jiġi revokat skont il-Ftehim dwar iż-ŻEE. |
|
(4) |
Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni dwar annimali ħajjin li mhumiex ħut u annimali tal-akkwakultura. Il-leġiżlazzjoni li tikkonċerna dawn il-kwistjonijiet ma għandhiex tapplika għall-Iżlanda, kif speċifikat fil-paragrafu 2 tal-Parti Introduttorja tal-Kapitolu I tal-Anness I tal-Ftehim dwar iż-ŻEE. Għaldaqstant, din id-Deċiżjoni ma tapplikax għall-Iżlanda. |
|
(5) |
Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni dwar kwistjonijiet veterinarji. Il-leġiżlazzjoni dwar kwistjonijiet veterinarji ma għandhiex tapplika għal-Liechtenstein sakemm l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli tibqa’ estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fl-adattamenti settorjali tal-Anness I tal-Ftehim dwar iż-ŻEE. Għaldaqstant, din id-Deċiżjoni ma tapplikax għal-Liechtenstein, |
|
(6) |
Jenħtieġ għalhekk, li l-Anness I tal-Ftehim dwar iż-ŻEE jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Kapitolu I tal-Anness I tal-Ftehim dwar iż-ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:
|
1. |
Il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 10a (ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 577/2013) fil-Parti 1.1:
|
|
2. |
Il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 154 (ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 2017/949) fil-Parti 1.2:
|
|
3. |
It-test tal-punt 149 (ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1152/2011) fil-Parti 1.2 jitħassar. |
Artikolu 2
It-testi tar-Regolament Delegat (UE) 2018/772 u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/878 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-11 ta’ Lulju 2019, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (*).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Lulju 2019.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Gunnar PÁLSSON
(1) ĠU L 130, 28.5.2018, p. 1.
(2) ĠU L 155, 19.6.2018, p. 1.
(3) ĠU L 296, 15.11.2011, p. 6.
(*) Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.