27.10.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 279/32


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 127/2019

tat-8 ta’ Mejju 2019

li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2022/2024]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim dwar iż-ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1973 tas-7 ta’ Diċembru 2018 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 909/2013 li jiddefinixxi l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tas-sistema tad-display tal-mapep elettroniċi u tal-informazzjoni għan-navigazzjoni interna (ECDIS Interna) kif imsemmija fid-Direttiva 2005/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE.

(2)

Jenħtieġ għalhekk, li l-Anness XIII tal-Ftehim dwar iż-ŻEE jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Dan li ġej jiżdied mal-punt 49ae (ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 909/2013) tal-Anness XIII tal-Ftehim dwar iż-ŻEE:

“, kif emendata bi:

32018 R 1973: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 2018/1973 tas-7 ta’ Diċembru 2018 (ĠU L 324, 19.12.2018, p. 1).”

Artikolu 2

It-test tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/1973 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġi ppubblikat fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Ġunju 2019, dment li jkunu saru l-avviżi kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Mejju 2019.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Claude MAERTEN


(1)  ĠU L 324, 19.12.2018, p. 1.

(*)  Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.