22.9.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 246/98


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 141/2022

tad-29 ta’ April 2022

li temenda l-Anness IX (Servizzi Finanzjarji) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2022/1585]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim dwar iż-ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/931 tal-1 ta’ Marzu 2021 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw il-metodu għall-identifikazzjoni ta’ tranżazzjonijiet derivattivi b’motivatur tar-riskju materjali wieħed jew aktar għall-finijiet tal-Artikolu 277(5), il-formula għall-kalkolu tad-delta superviżorja tal-opzjonijiet put u eżerċitabbli kklassifikati fil-kategorija tar-riskju taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax u l-metodu biex jiġi ddeterminat jekk tranżazzjoni hijiex pożizzjoni twila jew qasira fil-motivatur tar-riskju primarju jew fl-aktar motivatur tar-riskju materjali fil-kategorija tar-riskju partikolari għall-finijiet tal-Artikolu 279a(3)(a) u (b) fl-approċċ standardizzat għar-riskju ta’ kreditu tal-kontroparti (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE.

(2)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1043 tal-24 ta’ Ġunju 2021 dwar l-estensjoni tal-perjodi tranżizzjonali relatati ma’ rekwiżiti ta’ fondi proprji għal skoperturi għal kontropartijiet ċentrali stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE.

(3)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2021/1753 tal-1 ta’ Ottubru 2021 dwar l-ekwivalenza ta’ rekwiżiti superviżorji u regolatorji ta’ ċerti pajjiżi u territorji terzi għall-finijiet tat-trattament ta’ skoperturi f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim dwar iż-ŻEE.

(4)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/1753 tħassar id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/908/UE (4), li hija inkorporata fil-Ftehim dwar iż-ŻEE u li konsegwentement għandha titħassar skont il-Ftehim dwar iż-ŻEE.

(5)

Id-Deċiżjonijiet ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/230 (5), (UE) 2016/2358 (6), (UE) 2019/536 (7) u (UE) 2019/2166 (8), li huma inkorporati fil-Ftehim dwar iż-ŻEE, saru obsoleti u konsegwentement għandhom jitħassru skont il-Ftehim dwar iż-ŻEE.

(6)

Jenħtieġ għalhekk, li l-Anness IX tal-Ftehim dwar iż-ŻEE jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness IX tal-Ftehim dwar iż-ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:

(1)

It-test tal-punt 14at (id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/908/UE) jinbidel b’dan li ġej:

32021 D 1753: Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2021/1753 tal-1 ta’ Ottubru 2021 dwar l-ekwivalenza ta’ rekwiżiti superviżorji u regolatorji ta’ ċerti pajjiżi u territorji terzi għall-finijiet tat-trattament ta’ skoperturi f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 349, 4.10.2021, p. 31).”

(2)

Il-punti li ġejjin jiddaħħlu wara l-punt 14azx (ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/930):

“14azy.

32021 R 0931: Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/931 tal-1 ta’ Marzu 2021 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw il-metodu għall-identifikazzjoni ta’ tranżazzjonijiet derivattivi b’motivatur tar-riskju materjali wieħed jew aktar għall-finijiet tal-Artikolu 277(5), il-formula għall-kalkolu tad-delta superviżorja tal-opzjonijiet put u eżerċitabbli kklassifikati fil-kategorija tar-riskju taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax u l-metodu biex jiġi ddeterminat jekk tranżazzjoni hijiex pożizzjoni twila jew qasira fil-motivatur tar-riskju primarju jew fl-aktar motivatur tar-riskju materjali fil-kategorija tar-riskju partikolari għall-finijiet tal-Artikolu 279a(3)(a) u (b) fl-approċċ standardizzat għar-riskju ta’ kreditu tal-kontroparti (ĠU L 204, 10.6.2021, p. 7).

14azz.

32021 R 1043: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1043 tal-24 ta’ Ġunju 2021 dwar l-estensjoni tal-perjodi tranżizzjonali relatati ma’ rekwiżiti ta’ fondi proprji għal skoperturi għal kontropartijiet ċentrali stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 225, 25.6.2021, p. 52).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament Delegat (UE) 2021/931. ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/1043 u d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/1753 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jkunu pubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-30 ta’ April 2022, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (*), jew fil-jum tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 301/2021 tad-29 ta’ Ottubru 2021 (9), skont liema data tkun l-iżjed tard.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ April 2022.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Nicolas VON LINGEN


(1)   ĠU L 204, 10.6.2021, p. 7.

(2)   ĠU L 225, 25.6.2021, p. 52.

(3)   ĠU L 349, 4.10.2021, p. 31.

(4)   ĠU L 359, 16.12.2014, p. 155.

(5)   ĠU L 41, 18.2.2016, p. 23.

(6)   ĠU L 348, 21.12.2016, p. 75.

(7)   ĠU L 92, 1.4.2019, p. 3.

(8)   ĠU L 328, 18.12.2019, p. 84.

(*)  Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.

(9)  Għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.