22.9.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 246/97


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 140/2022

tad-29 ta’ April 2022

li temenda l-Anness IX (Servizzi finanzjarji) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2022/1584]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim dwar iż-ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/2005 tas-16 ta’ Novembru 2021 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/1799 fir-rigward ta’ tabelli tal-immappjar li jispeċifikaw il-korrispondenza bejn valutazzjonijiet ta’ riskju tal-kreditu ta’ istituzzjonijiet esterni tal-valutazzjoni tal-kreditu u l-passi tal-kwalità tal-kreditu skont kif stabbilit fir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE.

(2)

Jenħtieġ għalhekk, li l-Anness IX tal-Ftehim dwar iż-ŻEE jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej jiżdied fil-punt 14azc (ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1799) tal-Anness IX tal-Ftehim dwar iż-ŻEE:

“—

32021 R 2005: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/2005 tas-16 ta’ Novembru 2021 (ĠU L 407, 17.11.2021, p. 10).”

Artikolu 2

It-test tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/2005 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġi ppubblikat fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-30 ta’ April 2022, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ April 2022.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Nicolas VON LINGEN


(1)   ĠU L 407, 17.11.2021, p. 10.

(*)  Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.