|
22.9.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 246/31 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 104/2022
tad-29 ta’ April 2022
li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) u l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, testijiet u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2022/1548]
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim dwar iż-ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/1374 tat-12 ta’ April 2021 li jemenda l-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar rekwiżiti speċifiċi ta’ iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE. |
|
(2) |
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/1422 tas-26 ta’ April 2021 li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2019/624 fir-rigward taċ-ċertifikazzjoni fil-każ ta’ qatla fl-azjenda minn fejn joriġinaw l-annimali (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE. |
|
(3) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1709 tat-23 ta’ Settembru 2021 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/627 f’dak li għandu x’jaqsam ma’ arranġamenti prattiċi uniformi għat-twettiq ta’ kontrolli uffiċjali fuq prodotti mill-annimali (3) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim taż-ŻEE. |
|
(4) |
Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni dwar kwistjonijiet veterinarji, l-għalf u l-oġġetti tal-ikel. Il-leġiżlazzjoni dwar il-kwistjonijiet veterinarji, l-għalf u l-oġġetti tal-ikel ma tapplikax għal-Liechtenstein sakemm l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli tkun estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fl-adattamenti settorjali għall-Anness I u fl-introduzzjoni tal-Kapitolu XII tal-Anness II tal-Ftehim dwar iż-ŻEE. Għaldaqstant, din id-Deċiżjoni ma għandhiex tapplika għal-Liechtenstein, |
|
(5) |
Jenħtieġ għalhekk, li l-Annessi I u II tal-Ftehim dwar iż-ŻEE jiġu emendati skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness I tal-Ftehim dwar iż-ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:
|
1. |
Dan li ġej jiżdied fil-punt 11bk (ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/627) fil-Parti 1.1 tal-Kapitolu I u fil-punt 31qk (ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/627) tal-Kapitolu II:
|
|
2. |
Il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 11by (ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/624) fil-Parti 1.1 tal-Kapitolu I: “, kif emendat bi:
|
|
3. |
L-inċiż li ġej jiżdied fil-punt 17 (ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) fil-Parti 6.1 tal-Kapitolu I:
|
Artikolu 2
L-inċiż li ġej jiżdied fil-punt 164k (ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/627) tal-Kapitolu XII tal-Anness II tal-Ftehim dwar iż-ŻEE:
|
“— |
32021 R 1709: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1709 tat-23 ta’ Settembru 2021 (ĠU L 339, 24.9.2021, p. 84).” |
Artikolu 3
It-testi tar-Regolamenti Delegati (UE) 2021/1374 u (UE) 2021/1422 u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/1709 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik ta’ Norveġiża, li se jkunu pubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-30 ta’ April 2022, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (*).
Artikolu 5
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ April 2022.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Nicolas VON LINGEN
(1) ĠU L 297, 20.8.2021, p. 1.
(3) ĠU L 339, 24.9.2021, p. 84.
(*) Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.