22.9.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 246/24


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 100/2022

tad-29 ta’ April 2022

li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarju u fitosanitarji) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2022/1544]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim dwar iż-ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/2076 tas-26 ta’ November 2021 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-L-treonina prodotta permezz tal-Escherichia coli KCCM 80210 bħala addittiv tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE.

(2)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/2092 tad-29 ta’ Novembru 2021 dwar l-awtorizzazzjoni tad-diformat tal-potassju bħala addittiv tal-għalf għall-ħnieżer tas-simna u għall-ħnienes miftuma (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE.

(3)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/2094 tad-29 ta’ Novembru 2021 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni tad-dekokinat (Deccox u Avi-Deccox 60G) bħala addittiv tal-għalf għat-tiġieġ tas-simna (id-detentur tal-awtorizzazzjoni: Zoetis Belgium SA) u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1289/2004 (3) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE.

(4)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/2094 li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1289/2004, (4) li huwa inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE u li konsegwentement irid jitħassar skont il-Ftehim dwar iż-ŻEE.

(5)

Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni dwar l-għalf. Il-leġiżlazzjoni li tirrigwarda l-għalf ma għandhiex tapplika għal-Liechtenstein sakemm l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kummerċ fil-prodotti agrikoli tibqa’ estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fl-adattamenti settorjali tal-Anness I tal-Ftehim dwar iż-ŻEE. Għaldaqstant, din id-Deċiżjoni ma għandhiex tapplika għal-Liechtenstein,

(6)

Jenħtieġ għalhekk, li l-Anness I tal-Ftehim dwar iż-ŻEE jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Kapitolu II tal-Anness I tal-Ftehim dwar iż-ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

Il-punti li ġejjin jiddaħħlu wara l-punt 432 (ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/2097):

“433.

32021 R 2076: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/2076 tas-26 ta’ Novembru 2021 dwar l-awtorizzazzjoni tal-L-triptofan prodott mill-Escherichia coli KCCM 80210 bħala addittiv tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali (ĠU L 426, 29.11.2021, p. 1).

434.

32021 R 2092: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/2092 tad-29 ta’ Novembru 2021 dwar l-awtorizzazzjoni tad-diformat tal-potassju bħala addittiv tal-għalf għall-ħnieżer tas-simna u għall-ħnienes miftuma (ĠU L 427, 30.11.2021, p. 166).

435.

32021 R 2094: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/2094 tad-29 ta’ Novembru 2021 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni tad-dekokinat (Deccox u Avi-Deccox 60G) bħala addittiv tal-għalf għat-tiġieġ tas-simna (id-detentur tal-awtorizzazzjoni: Zoetis Belgium SA) u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1289/2004 (ĠU L 427, 30.11.2021, p. 173).”

2.

It-test tal-punt 1zy (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1289/2004) jitħassar.

Artikolu 2

It-testi tar-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/2076, (UE) 2021/2092 u (UE) 2021/2094 bl-Iżlandiż u b’dik Norveġiża, li se jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-30 ta’ April 2022, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ April 2022.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Nicolas VON LINGEN


(1)   ĠU L 426, 29.11.2021, p. 1.

(2)   ĠU L 427, 30.11.2021, p. 166.

(3)   ĠU L 427, 30.11.2021, p. 173.

(4)   ĠU L 243, 15.7.2004, p. 15.

(*)  Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.