9.9.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 234/34


DEĊIŻJONI Nru 2/2022 TAL-KUNSILL KONĠUNT STABBILIT BIL-FTEHIM TA’ SĦUBIJA EKONOMIKA BEJN L-UNJONI EWROPEA U L-ISTATI MEMBRI TAGĦHA, MIN-NAĦA WAĦDA, U L-ISTATI EPA SADC, MIN-NAĦA L-OĦRA

tas-26 ta’ Lulju 2022

fir-rigward tat-talba mill-Angola skont l-Artikolu 119(1) tal-EPA [2022/1499]

IL-KUNSILL KONĠUNT,

Wara li kkunsidra l-Ftehim ta’ Sħubija Ekonomika bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u l-Istati EPA SADC, min-naħa l-oħra (“il-Ftehim”), u b’mod partikolari l-Artikoli 100, 101 u 119 tiegħu u l-Artikolu 8(4) tad-Deċiżjoni 1/2019 tal-Kunsill Konġunt (Regoli ta’ Proċedura tal-Kunsill Konġunt),

Filwaqt li jfakkar li l-Artikolu 119(3) tal-Ftehim jipprevedi li l-Partijiet jaqblu li fil-każ ta’ talba mill-Angola lill-Kunsill Konġunt biex taderixxi mal-Ftehim, jenħtieġ li n-negozjati dwar it-termini tal-adeżjoni jitwettqu fuq il-bażi tal-Ftehim, b’kunsiderazzjoni tas-sitwazzjoni speċifika tal-Angola,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Kunsill Konġunt jaqbel mat-talba mill-Angola biex jinbdew negozjati dwar it-termini tal-adeżjoni potenzjali tagħha mal-EPA UE-SADC skont l-Artikolu 119(1) tal-EPA.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell u f’Gaborone.

Għall-Kunsill Konġunt

Rappreżentant tal-Istati EPA SADC

Mmusi KGAFELA

Rappreżentant tal-UE

Valdis DOMBROVSKIS