|
4.3.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 69/133 |
ID-DEĊIŻJONI Nru 77/2022 TAL-KUMITAT KONĠUNT STABBILIT SKONT IL-FTEHIM DWAR L-GĦARFIEN REĊIPROKU BEJN IL-KOMUNITÀ EWROPEA U L-ISTATI UNITI TAL-AMERKA
tat-8 ta’ Frar 2022
relatata mal-elenkar ta’ Korpi ta’ Valutazzjoni tal-Konformità fl-Anness Settorjali għall-Kompatibbiltà Elettromanjetika [2022/374]
IL-KUMITAT KONĠUNT,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar l-Għarfien Reċiproku bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerka u b’mod partikulari l-Artikoli 7 u 14;
Billi l-Kumitat Konġunt irid jieħu d-deċiżjoni li jelenka Korp jew Korpi ta’ Valutazzjoni tal-Konformità skont Anness Settorjali;
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
|
1. |
Il-Korp ta’ Valutazzjoni tal-Konformità fl-Hemża A jiżdied mal-lista ta’ Korpi ta’ Valutazzjoni tal-Konformità fil-kolonna “Aċċess tal-KE għas-suq tal-Istati Uniti” fit-Taqsima V tal-Anness Settorjali għall-Kompatibbiltà Elettromanjetika. |
|
2. |
Il-kamp ta’ applikazzjoni speċifiku tal-elenkar, f’termini tal-prodotti u l-proċeduri ta’ valutazzjoni tal-konformità, tal-Korp ta’ Valutazzjoni tal-Konformità indikat fl-Hemża A ġie miftiehem mill-Partijiet u se jinżamm minnhom.
Din id-Deċiżjoni, magħmula f’żewġ kopji, għandha tiġi ffirmata minn rappreżentanti tal-Kumitat Konġunt li huma awtorizzati biex joperaw f’isem il-Partijiet għall-finijiet tal-emendar tal-Ftehim. Din id-Deċiżjoni għandha tkun effettiva mid-data li fiha tkun saret l-aħħar waħda minn dawn il-firem. |
F’isem l-Istati Uniti tal-Amerka
James C. SANFORD
Iffirmata f’Washington, fit-2 ta’ Frar 2022
F’isem l-Unjoni Ewropea
Lucian CERNAT
Iffirmata fi Brussell, fit-8 ta’ Frar 2022
Hemża A
Korp tal-KE ta’ Valutazzjoni tal-Konformità miżjud mal-lista ta’ Korpi ta’ Valutazzjoni tal-Konformità fil-kolonna “Aċċess tal-KE għas-suq tal-Istati Uniti” fit-Taqsima V tal-Anness Settorjali għall-Kompatibbiltà Elettromanjetika
|