|
25.2.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 46/125 |
DEĊIŻJONI Nru 2/2021 TAL-KUMITAT TAT-TRASPORT INTERN TAL-KOMUNITÀ/L-IŻVIZZERA
tas-17 ta’ Diċembru 2021
li temenda l-Anness 1 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar it-trasport ta’ merkanzija u ta’ passiġġieri permezz tal-linji tal-ferrovija u tat-triq u d-Deċiżjoni Nru 2/2019 dwar il-miżuri tranżitorji għall-iffaċilitar tat-traffiku ferrovjarju bejn l-Iżvizzera u l-Unjoni Ewropea [2022/308]
IL-KUMITAT,
Wara li kkunsidra l-Ftehim tal-21 ta’ Ġunju 1999 bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar it-trasport ta’ merkanzija u ta’ passiġġieri permezz tal-linji tal-ferrovija u tat-triq (1) (minn hawn ’il quddiem “il-Ftehim”), u b’mod partikolari l-Artikolu 52(4) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
F’konformità mal-Artikolu 51(2) tal-Ftehim, il-Kumitat tat-Trasport Intern tal-Komunità/l-Iżvizzera (minn hawn ’il quddiem il-“Kumitat Konġunt”) jenħtieġ li jkun responsabbli għas-sorveljanza u l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Ftehim u jimplimenta l-klawżoli tal-adattament u tar-reviżjoni previsti fl-Artikoli 52 u 55 tiegħu. |
|
(2) |
F’konformità mal-Artikolu 52(4) tal-Ftehim, il-Kumitat Konġunt jenħtieġ li jadotta, fost l-oħrajn, id-deċiżjonijiet li jirrevedu l-Anness 1 sabiex jiddaħħlu fih, meta jkun meħtieġa u abbażi tar-reċiproċità, l-emendi tal-leġiżlazzjoni kkonċernata jew li jiddeċiedi dwar kwalunkwe miżura oħra li tissalvagwardja l-funzjonament tajjeb tal-Ftehim. |
|
(3) |
Bid-Deċiżjoni Nru 2/2019 tat-13 ta’ Diċembru 2019 (2), il-Kumitat Konġunt, minn naħa, irreveda l-Anness 1 tal-Ftehim biex jinkorpora d-dispożizzjonijiet sostantivi l-ġodda tad-Direttiva (UE) 2016/797 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) u d-Direttiva (UE) 2016/798 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) u, min-naħa l-oħra, jadotta dispożizzjonijiet tranżitorji għall-iffaċilitar tat-traffiku ferrovjarju bla xkiel bejn l-Iżvizzera u l-Unjoni Ewropea. Id-dispożizzjonijiet tranżitorji tal-Artikoli 2, 3, 4 u 5 tad-Deċiżjoni Nru 2/2019 inizjalment kienu japplikaw sal-31 ta’ Diċembru 2020. Bid-Deċiżjoni Nru°2/2020 tal-11 ta’ Diċembru 2020 (5), il-Kumitat Konġunt estenda l-iskadenza sal-31 ta’ Diċembru 2021. |
|
(4) |
Sakemm jiġu adottati d-dispożizzjonijiet finali li jissostitwixxu l-arranġamenti tranżitorji attwali, hija meħtieġa estensjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 2, 3, 4 u 5 tad-Deċiżjoni Nru 2/2019 sal-31 ta’ Diċembru 2022 sabiex jinżamm it-traffiku ferrovjarju bla xkiel bejn l-Iżvizzera u l-Unjoni Ewropea. |
|
(5) |
Bid-Deċiżjoni Nru 1/2021 tat-30 ta’ Ġunju 2021 (6), id-data li fiha ċerti regoli nazzjonali Żvizzeri elenkati fl-Anness 1 tal-Ftehim, li jistgħu jkunu inkompatibbli mal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-interoperabbiltà, jiġu rieżaminati bil-għan li dawn jitneħħew, jiġu emendati jew jinżammu, ġiet estiża sal-31 ta’ Diċembru 2021. Fid-dawl tas-sitwazzjoni attwali ta’ dawn ix-xogħlijiet, jenħtieġ li din id-data tkun il-31 ta’ Diċembru 2022. |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
L-Anness 1 tat-Taqsima 4 tal-Ftehim huwa emendat kif ġej: Id-data tal-“ 31 ta’ Diċembru 2021 ”, li fiha l-kompatibbiltà tar-regoli nazzjonali żvizzeri li ġejjin mal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi korrispondenti għall-interoperabbiltà tal-Unjoni għandha tiġi rieżaminata, jenħtieġ li tiġi sostitwita bid-data tal-“ 31 ta’ Diċembru 2022 ” għad-dispożizzjonijiet li ġejjin:
|
— |
Għar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1302/2014 tat-18 ta’ Novembru 2014 dwar speċifikazzjoni teknika ta’ interoperabbiltà fir-rigward tas-subsistema tal-“Vetturi ferrovjarji — lokomottivi u vetturi ferrovjarji għat-trasport tal-passiġġieri” tas-sistema ferrovjarja fl-Unjoni Ewropea
|
|
— |
Għar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/919 tas-27 ta’ Mejju 2016 dwar l-ispeċifikazzjoni teknika għall-interoperabbiltà relatata mas-subsistema tal-“kontroll-kmand u sinjalazzjoni” tas-sistema ferrovjarja fl-Unjoni Ewropea
|
Artikolu 2
L-Artikolu 6(3) tad-Deċiżjoni Nru 2/2019 tal-Kumitat Konġunt tat-13 ta’ Diċembru 2019 għandu jiġi emendat kif ġej:
“(3) L-Anness 1 jidentifika r-regoli nazzjonali u l-każijiet speċifiċi applikabbli li huma potenzjalment inkompatibbli mad-dritt tal-Unjoni. Jekk sal-31 ta’ Diċembru 2022 tkun għada ma ġietx stabbilita l-kompatibbiltà mad-dritt tal-Unjoni, dawn ir-regoli nazzjonali u dawn il-każijiet speċifiċi ma jistgħux jibqgħu jiġu applikati sakemm il-Kumitat Konġunt ma jiddeċidix mod ieħor.”
Artikolu 3
It-tieni paragrafu tal-Artikolu 8 tad-Deċiżjoni Nru 2/2019 tal-Kumitat Konġunt tat-13 ta’ Diċembru 2019 huwa emendat kif ġej:
“L-Artikoli 2, 3, 4 u 5 għandhom japplikaw sal-31 ta’ Diċembru 2022.”
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.
Brussell, is-17 ta’ Diċembru 2021.
Għall-Konfederazzjoni Żvizzera
Il-Kap tad-Delegazzjoni Żvizzera
Peter FÜGLISTALER
Għall-Unjoni Ewropea
Il-President
Kristian SCHMIDT
(1) ĠU L 114, 30.4.2002, p. 91.
(2) Id-Deċiżjoni Nru 2/2019 tal-Kumitat tat-trasport intern tal-Komunità/l-Iżvizzera tat-13 ta’ Diċembru 2019 dwar il-miżuri tranżitorji għall-iffaċilitar tat-traffiku ferrovjarju bejn l-Iżvizzera u l-Unjoni Ewropea (ĠU L 13, 17.1.2020, p. 43).
(3) Id-Direttiva (UE) 2016/797 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Mejju 2016 dwar l-interoperabbiltà tas-sistema ferrovjarja fl-Unjoni Ewropea (ĠU L 138, 26.5.2016, p. 44).
(4) Id-Direttiva (UE) 2016/798 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Mejju 2016 dwar is-sikurezza ferrovjarja (ĠU L 138, 26.5.2016, p. 102).
(5) Id-Deċiżjoni Nru 2/2020 tal-Kumitat tat-Trasport Intern tal-Komunità/tal-Iżvizzera tal-11 ta’ Diċembru 2020 li temenda l-Anness 1 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar it-trasport ta’ merkanzija u ta’ passiġġieri permezz tal-linji tal-ferrovija u tat-triq u d-Deċiżjoni Nru 2/2019 tal-Kumitat dwar il-miżuri tranżitorji għall-iffaċilitar tat-traffiku ferrovjarju bejn l-Iżvizzera u l-Unjoni Ewropea (ĠU L 15, 18.1.2021, p. 34).
(6) Id-Deċiżjoni Nru 1/2021 tal-Kumitat tat-Trasport Intern tal-Komunità/tal-Iżvizzera tat-30 ta’ Ġunju 2021 li temenda l-Anness 1 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar it-trasport ta’ merkanzija u ta’ passiġġieri permezz tal-linji tal-ferrovija u tat-triq u d-Deċiżjoni Nru 2/2019 tal-Kumitat dwar il-miżuri tranżitorji għall-iffaċilitar tat-traffiku ferrovjarju bejn l-Iżvizzera u l-Unjoni Ewropea (ĠU L 255, 16.7.2021, p. 7).