24.8.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 300/1


Informazzjoni relatata mad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u Antigua u Barbuda li jemenda l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u Antigua u Barbuda dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn qasir

Il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u Antigua u Barbuda li jemenda l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u Antigua u Barbuda dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn qasir ser jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Novembru 2021, wara li fl-10 ta’ Mejju 2021 tlestiet il-proċedura prevista fl-Artikolu 2 tal-Ftehim.