|
23.9.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 337/55 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 257/2018
tal-5 ta’ Diċembru 2018
li temenda l-Anness XIII (Trasport) u l-Anness XX (Ambjent) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2021/1521]
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim dwar iż-ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (UE) Nru 1257/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Novembru 2013 dwar ir-riċiklaġġ tal-bastimenti u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1013/2006 u d-Direttiva 2009/16/KE (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE. |
|
(2) |
Għaldaqstant, jenħtieġ li l-Annessi XIII u XX tal-Ftehim dwar iż-ŻEE jiġu emendati skont dan, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-inċiż li ġej jiżdied mal-punt 56b (id-Direttiva 2009/16/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Anness XIII tal-Ftehim dwar iż-ŻEE:
|
“- |
32013 R 1257: Ir-Regolament (UE) Nru 1257/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Novembru 2013 (ĠU L 330, 10.12.2013. p. 1).” |
Artikolu 2
L-Anness XX tal-Ftehim dwar iż-ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:
|
1. |
L-inċiż li ġej jiżdied mal-punt 32c (ir-Regolament (KE) Nru 1013/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):
|
|
2. |
Il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 32fg (id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/632/UE):
|
Artikolu 3
It-test tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013 bil-lingwa Iżlandiża u dik Norveġiża, li għandu jiġu ppubblikat fis-Suppliment taż-ŻEE ma’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkunu awtentiku.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fis-6 ta’ Diċembru 2018, dment li jkunu saru l-avviżi kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (*).
Artikolu 5
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.
Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ Diċembru 2018.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Oda Helen SLETNES
Is-Segretarji
Tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Hege M. HOFF
Mikołaj KARŁOWSKI
(1) ĠU L 330, 10.12.2013, p. 1.
(*) Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.