4.3.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 75/33


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 196/2018

tal-21 ta’ Settembru 2018

li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2021/310]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim dwar iż-ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/373 tal-1 ta’ Marzu 2017 li jistabbilixxi r-rekwiżiti komuni għall-fornituri ta’ servizzi fil-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru / tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru u funzjonijiet oħrajn tan-network tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru u s-sorveljanza tagħhom, iħassar ir-Regolament (KE) Nru 482/2008, ir-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1034/2011, (UE) Nru 1035/2011 u (UE) 2016/1377 u jemenda r-Regolament (UE) Nru 677/2011 (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE.

(2)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 2017/373 jirrevoka r-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 482/2008 (2) u (KE) Nru 1034/2011 (3) u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (KE) Nru 1035/2011 (4), li huma inkorporati fil-Ftehim dwar iż-ŻEE u li konsegwentement għandhom jiġu mħassra skont il-Ftehim dwar iż-ŻEE.

(3)

Uħud mid-dispożizzjonijiet fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/373 joriġinaw mid-dispożizzjonijiet tal-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali (International Civil Aviation Organisation, ICAO) li huma applikabbli biss għar-reġjun EUR (Ewropew) tal-ICAO, li l-Iżlanda mhijiex parti minnu minħabba s-sitwazzjoni ġeografika tagħha.

(4)

Xi wħud mid-dispożizzjonijiet fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/373 jirreferu għar-regolamenti tal-UE li huma limitati fil-kamp ta’ applikazzjoni għar-reġjuni EUR (Ewropej) tal-ICAO u AFI (Afrikani) tal-ICAO u ma jistgħux jiġu applikati fl-Iżlanda.

(5)

L-Iżlanda, li tinsab fir-reġjun NAT (Atlantiku tat-Tramuntana) tal-ICAO, hija impenjata li tissodisfa u tikkonforma mad-Dispożizzjonijiet Reġjonali Supplimentari tan-NAT tal-ICAO.

(6)

Jenħtieġ għalhekk, li l-Anness XIII tal-Ftehim dwar iż-ŻEE jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness XIII tal-Ftehim dwar iż-ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

Dan li ġej jiddaħħal wara l-punt 66xf (ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 390/2013):

“66xg.

32017 R 0373: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/373 tal-1 ta’ Marzu 2017 li jistabbilixxi r-rekwiżiti komuni għall-fornituri ta’ funzjonijiet fin-network tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru u s-sorveljanza tagħhom, iħassar ir-Regolament (KE) Nru 482/2008, ir-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1034/2011, (UE) Nru 1035/2011 u (UE) 2016/1377 u jemenda r-Regolament (UE) Nru 677/2011 (ĠU L 62, 8.3.2017, p. 1).

Ir-Regolament, għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, għandu jinqara bl-adattamenti li ġejjin:

(a)

Meta ssir referenza fir-Regolament u fil-Mezzi Aċċettabbli ta’ Konformità (Acceptable Means of Compliance, AMC) / Materjal ta’ Gwida (Guidance Material, GM) tiegħu għad-dispożizzjonijiet tal-ICAO applikabbli għall-EUR tal-ICAO, dan tenħtieġ li tinftiehem bħala li mhijiex rekwiżit għall-Iżlanda, fejn l-Iżanda tikkonforma mad-dispożizzjonijiet Supplimentari Reġjonali tan-NAT tal-ICAO. Id-dispożizzjonijiet tan-NAT tal-ICAO jistgħu jitqiesu bħala AMC u ĠM għall-Iżlanda.

(b)

Meta ssir referenza fir-Regolament għar-regolamenti Ewropej li huma limitati fil-kamp ta’ applikazzjoni għall-EUR / AFI tal-ICAO, din jenħtieġ li tinftiehem bħala li mhijiex rekwiżit għall-Iżlanda sakemm l-Iżlanda ma tkunx iddikjarat b’mod speċifiku li tali regolamenti huma applikabbli fl-Iżlanda. Alternattivament, għandhom japplikaw ir-regolamenti nazzjonali jew id-dispożizzjonijiet applikabbli tal-ICAO.

(c)

Mezzi Alternattivi ta’ Konformità (Alternative Means of Compliance, AltMOC) ma għandhomx ikunu meħtieġa f’każijiet fejn l-Iżlanda tikkonforma mad-Dispożizzjonijiet Supplimentari Reġjonali tan-NAT tal-ICAO.

(d)

Fil-punt ATM / ANS.AR.A.025 tal-Anness II il-kliem ‘l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA’ jiddaħħal fil-paragrafu (b) wara l-kliem ‘Stati Membri’.

(e)

Fil-punt ATM / ANS.AR.C.050 tal-Anness II, il-kliem ‘u l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA’ jiddaħħal fil-paragrafu (e) (1) wara l-kliem ‘il-Kummissjoni’.

(f)

Fil-punt ATM / ANS.OR.D.005 tal-Anness III, il-kliem ‘u l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA, skont il-każ,’ jiddaħħlu fil-paragrafu (c) wara l-kliem ‘il-Kummissjoni’.

(g)

Fil-punt ATM / ANS.OR.D.025 tal-Anness III:

(i)

il-kliem ‘, il-Kumitat Permanenti tal-Istati tal-EFTA, l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA’ jiddaħħlu fil-paragrafu (c) wara l-kliem ‘il-Kummissjoni’; kif ukoll

(ii)

il-kliem ‘, l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA, skont il-każ’ għandhon jiddaħħlu fil-paragrafu (e) wara l-kliem ‘il-Kummissjoni’.”

2.

Il-punt 66wn (ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 677/2011) għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

Jiżdied l-inċiż li ġej:

“-

32017 R 0373: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 2017/373 tal-1 ta’ Marzu 2017 (ĠU L 62, 8.3.2017, p. 1).”

(b)

Il-punt (j) jitħassar.

3.

It-testi tal-punti 66wf (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 482/2008), 66xb (ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1034/2011) u 66xc (ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1035/2011) jitħassru.

Artikolu 2

It-test tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/373 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġi ppubblikati fis-Suppliment dwar iż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fit-22 ta’ Settembru 2018, dment li jkunu saru l-avviżi kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.

Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Settembru 2018.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Oda Helen SLETNES


(1)  ĠU L 62, 8.3.2017, p. 1.

(2)  ĠU L 141, 31.5.2008, p. 5.

(3)  ĠU L 271, 18.10.2011, p. 15.

(4)  ĠU L 271, 18.10.2011, p. 23.

(*1)  Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.