4.3.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 75/28


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 192/2018

tal-21 ta’ Settembru 2018

li temenda l-Anness IX (Servizzi finanzjarji) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2021/306]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim dwar iż-ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/633 tal-24 ta’ April 2018 li jistabbilixxi standards tekniċi ta’ implimentazzjoni dwar l-allokazzjoni tal-valutazzjonijiet tal-kreditu ta’ istituzzjonijiet esterni tal-valutazzjoni tal-kreditu ma’ skala oġġettiva tal-klassi tal-mertu tal-kreditu skont id-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE.

(2)

Jenħtieġ għalhekk, li l-Anness IX tal-Ftehim dwar iż-ŻEE jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Dan li ġej jiżdied fil-punt 1w (ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1800) tal-Anness IX tal-Ftehim dwar iż-ŻEE:

 

“, kif emendata bi:

32018 R 0633: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/633 tal-24 ta’ April 2018 (ĠU L 105, 25.4.2018, p. 6).”

Artikolu 2

It-test tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/633 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġi ppubblikat fis-Suppliment dwar iż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-22 ta’ Settembru 2018, dment li jkunu saru l-avviżi kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (*1), jew fil-jum tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 62/2018 tat-23 ta’ Marzu 2018 (2), skont liema data tkun l-iżjed tard.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.

Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Settembru 2018.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Oda Helen SLETNES


(1)   ĠU L 105, 25.4.2018, p. 6.

(*1)  Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.

(2)   ĠU L 26, 30.1.2020, p. 50.