25.2.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 67/67 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 170/2018
tas-6 ta’ Lulju 2018
li temenda l-Protokoll 31 għall-Ftehim dwar iż-ŻEE, dwar kooperazzjoni f'oqsma speċifiċi barra mill-erba' libertajiet [2021/231]
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim dwar iż-ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikoli 86 u 98 tiegħu,
Billi:
(1) |
Huwa xieraq li tiġi estiża l-kooperazzjoni tal-Partijiet Kontraenti fil-Ftehim dwar iż-ŻEE biex tiġi inkluża d-Deċiżjoni (UE) 2017/864/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Mejju 2017 dwar is-Sena Ewropea tal-Wirt Kulturali (2018) (1). |
(2) |
Għalhekk jenħtieġ li l-Protokoll 31 tal-Ftehim dwar iż-ŻEE jiġi emendat biex din il-kooperazzjoni estiża tkun tista’ tibda sseħħ mill-1 ta’ Jannar 2018, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Artikolu 5 tal-Protokoll 31 tal-Ftehim dwar iż-ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:
1. |
Fil-paragrafu 5, il-kliem “, fil-programm imsemmi fil-ħmistax-il inċiż mill-1 ta’ Jannar 2018” għandhom jiddaħħlu wara l-kliem “fil-programm imsemmi fl-erbatax-il inċiż mill-1 ta’ Jannar 2014”. |
2. |
L-inċiż li ġej għandu jiżdied fil-paragrafu 8:
|
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-aħħar notifika skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (*1).
Hija għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2018.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.
Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Lulju 2018.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Oda Helen SLETNES
(1) ĠU L 131, 20.5.2017, p. 1.
(*1) Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.