25.2.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 67/62


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 167/2018

tas-6 ta’ Lulju 2018

li temenda l-Anness XXI (Statistika) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2021/228]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim dwar iż-ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (KE) Nru 2016/1851 tal-14 ta’ Ġunju 2016 li jadotta programm ta' moduli ad hoc, li jkopri s-snin l-2019, l-2020 u l-2021, għall-istħarriġ ta’ kampjuni tal-forza tax-xogħol stipulat fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 577/98 (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE.

(2)

Jenħtieġ għalhekk, li l-Anness XXI tal-Ftehim dwar iż-ŻEE jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness XXI tal-Ftehim dwar-iż-ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

It-test tal-punt 18a (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 577/98) jinbidel b’dan li ġej:

31998 R 0577: Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 577/98 tad-9 ta’ Marzu 1998 dwar l-organizzazzjoni ta’ stħarriġ ta’ kampjuni tal-forza tax-xogħol fil-Komunità (ĠU L 77, 14.3.1998, p. 3), kif emendat bi:

32002 R 1991: Ir-Regolament (KE) Nru 1991/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ottubru 2002 (ĠU L 308, 9.11.2002, p. 1).

32002 R 2104: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2104/2002 tat-28 ta’ Novembru 2002 (ĠU L 324, 29.11.2002, p. 14),

32003 R 2257: Ir-Regolament (KE) Nru 2257/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2003 (ĠU L 336, 23.12.2003, p. 6),

32007 R 1372: Ir-Regolament (KE) Nru 1372/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2007 (ĠU L 315, 3.12.2007, p. 42),

32014 R 0545: Ir-Regolament (UE) Nru 545/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 (ĠU L 163, 29.5.2014. p. 10).

Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, id-dispożizzjonijiet tar-Regolament għandhom jinqraw skont l-adattamenti li ġejjin:

(a)

Dan ir-Regolament ma għandux japplika għal-Liechtenstein.

(b)

L-Iżlanda għandha tkun eżentata milli tipprovdi data speċifikata fil-modulu ad hoc li jkopri s-sena l-2021.”

2.

Il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 18aw (ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2236):

“18ax.

32016 R 1851: Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/1851 tal-14 ta' Ġunju 2016 li jadotta l-programm ta' moduli ad hoc, li jkopri s-snin l-2019, l-2020 u l-2021, għall-istħarriġ ta’ kampjuni tal-forza tax-xogħol stipulat fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 577/98 (ĠU L 284, 20.10.2016, p. 1).”

Artikolu 2

It-test tar-Regolament Delegat (UE) 2016/1851 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġi ppubblikat fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-7 ta’ Lulju 2018, dment li jkunu saru l-avviżi kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.

Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Lulju 2018.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Oda Helen SLETNES


(1)   ĠU L 284, 20.10.2016, p. 1.

(*1)  Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.