|
25.2.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 67/42 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 149/2018
tas-6 ta’ Lulju 2018
li temenda l-Anness IV (Enerġija) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2021/211]
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim dwar iż-ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2356 tal-15 ta’ Diċembru 2017 dwar ir-rikonoxximent tar-rapport tal-Awstralja fir-rigward tal-emissjonijiet tipiċi ta’ gassijiet serra mill-kultivazzjoni ta’ materja prima agrikola skont id-Direttiva 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim dwar iż-ŻEE. |
|
(2) |
Jenħtieġ għalhekk, li l-Anness IV tal-Ftehim dwar iż-ŻEE jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 41 (id-Direttiva 2009/28/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Anness IV tal-Ftehim dwar iż-ŻEE:
|
“41a. |
32017 D 2356: Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2356 tal-15 ta’ Diċembru 2017 dwar ir-rikonoxximent tar-rapport tal-Awstralja fir-rigward tal-emissjonijiet tipiċi ta’ gassijiet serra mill-kultivazzjoni ta’ materja prima agrikola skont id-Direttiva 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 336, 16.12.2017, p. 55). Id-Deċiżjoni ma tapplikax għal-Liechtenstein.” |
Artikolu 2
It-test tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/2356 bl-Iżlandiż u bin-Norveġiż, li se jiġi ppubblikat fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-7 ta’ Lulju 2018, dment li jkunu saru l-avviżi kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (*1).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.
Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Lulju 2018.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Oda Helen SLETNES
(1) ĠU L 336, 16.12.2017, p. 55.
(*1) Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.