25.2.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 67/10


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 128/2018

tas-6 ta’ Lulju 2018

li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2021/190]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim dwar iż-ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/353 tad-9 ta' Marzu 2018 li jikkoreġi r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/1145 dwar l-irtirar mis-suq ta' ċerti addittivi tal-għalf awtorizzati skont id-Direttivi tal-Kunsill 70/524/KEE u 82/471/KEE (1) u t-tħassir ta' dispożizzjonijiet skaduti li jawtorizzaw dawn l-addittivi tal-għalf għandu jkun inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE.

(2)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/353 jiddikjara li r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1443/2006 (2) ġie mħassar bi żball. Billi r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1443/2006 tħassar bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 194/2017, konsegwentement għandu jerġa’ jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE.

(3)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/353 li jirrevoka r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1459/2005 (3), li huwa inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE u li konsegwentement irid jiġi revokat skont il-Ftehim dwar iż-ŻEE.

(4)

Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni dwar l-għalf. Il-leġiżlazzjoni li tirrigwarda l-għalf ma għandhiex tapplika għal-Liechtenstein sakemm l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kummerċ fil-prodotti agrikoli tibqa’ estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fl-adattamenti settorjali tal-Anness I tal-Ftehim dwar iż-ŻEE. Għaldaqstant, din id-Deċiżjoni ma tapplikax għal-Liechtenstein.

(5)

Għaldaqstant, l-Anness I tal-Ftehim dwar iż-ŻEE jenħtieġ li jiġi emendat skont dan,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Kapitolu II tal-Anness I tal-Ftehim dwar iż-ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:

(1)

Il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 1zzx (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1284/2006):

“1zzy.

32006 R 1443: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1443/2006 tad-29 ta' Settembru 2006 li jikkonċerna l-awtorizzazzjonijiet permanenti ta' ċertu addittivi fl-oġġetti tal-għalf u awtorizzazzjoni ta' 10 snin għal coccidiostat (ĠU L 271, 30.9.2006, p. 235), kif emendat bi:

32009 R 0887: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 887/2009 tal-25 ta’ Settembru 2009 (ĠU L 254, 26.9.2009, p.68),

32018 R 0353: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/353 tad-9 ta’ Marzu 2018 (ĠU L 68, 12.3.2018, p. 3).”

(2)

Dan li ġej jiżdied fil-punt 208 (ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1145):

“, kif emendat bi:

32018 R 0353: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/353 tad-9 ta’ Marzu 2018 (ĠU L 68, 12.3.2018, p. 3).”

(3)

It-test tal-punt 1zzp (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1459/2005) jitħassar.

Artikolu 2

It-test tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/353 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġi ppubblikat fis-Suppliment dwar iż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fis-7 ta’ Lulju 2018, bil-kundizzjoni li jkunu saru l-avviżi kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.

Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Lulju 2018.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Oda Helen SLETNES


(1)   ĠU L 68, 12.3.2018, p. 3.

(2)   ĠU L 271, 30.9.2006, p. 16.

(3)   ĠU L 233, 9.9.2005, p. 8.

(*1)  Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.