5.2.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 42/15 |
DEĊIŻJONI Nru 1/2020 TAL-KUMITAT KONĠUNT STABBILIT SKONT IL-FTEHIM BEJN IL-KOMUNITÀ EWROPEA U L-ISTATI MEMBRI TAGĦHA, MIN-NAĦA L-WAĦDA, U L-KONFEDERAZZJONI ŻVIZZERA, MIN-NAĦA L-OĦRA, DWAR IL-MOVIMENT LIBERU TAL-PERSUNI
tal-15 ta’ Diċembru 2020
li temenda l-Anness II għal dak il-Ftehim dwar il-koordinazzjoni tal-iskemi tas-sigurtà soċjali [2021/137]
Il-KUMITAT KONĠUNT,
Wara li kkunsidra l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Konfederazzjoni Żvizzera, min-naħa l-oħra, dwar il-moviment liberu tal-persuni (1) (“il-Ftehim”), u b’mod partikolari l-Artikoli 14 u 18 tiegħu,
Billi:
(1) |
Il-Ftehim ma jibqax japplika għar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (“ir-Renju Unit”) b’konsegwenza tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea. |
(2) |
Skont l-Artikolu 23 tal-Ftehim, id-drittijiet miksuba minn individwi privati ma għandhomx ikunu affettwati fil-każ ta’ terminazzjoni tal-ftehim u l-Partijiet Kontraenti għandhom jirriżolvu bi ftehim reċiproku liema azzjoni għandha tittieħed fir-rigward tad-drittijiet li jinsabu fil-proċess li jinkisbu. |
(3) |
L-Artikolu 33 tal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (2) (“Ftehim dwar il-Ħruġ”) jiddikjara li d-dispożizzjonijiet tat-Titolu III tal-Parti Tnejn tal-Ftehim dwar il-Ħruġ għandhom japplikaw għaċ-ċittadini tal-Iżlanda, tal-Prinċipat tal-Liechtenstein, tar-Renju tan-Norveġja u tal-Konfederazzjoni Żvizzera dment li dawk il-pajjiżi jkunu kkonkludew u japplikaw ftehimiet korrispondenti mar-Renju Unit li japplikaw għaċ-ċittadini tal-Unjoni, kif ukoll mal-Unjoni li japplikaw għaċ-ċittadini tar-Renju Unit rispettivament. |
(4) |
L-Artikolu 26b tal-Ftehim bejn ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar id-drittijiet taċ-ċittadini wara l-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea u l-Ftehim dwar il-Moviment Liberu tal-Persuni (Il-“Ftehim tad-Drittijet taċ-Ċittadini”) jiddikjara li d-dispożizzjonijiet tal-Parti III ta’ dak il-Ftehim għandhom japplikaw għaċ-ċittadini tal-Unjoni, dment li l-Unjoni tkun ikkonkludiet u tapplika ftehimiet korrispondenti mar-Renju Unit li japplikaw għaċ-ċittadini tal-Iżvizzera, kif ukoll mal-Iżvizzera li japplikaw għaċ-ċittadini tar-Renju Unit, rispettivament. |
(5) |
Huwa neċessarju li tingħata protezzjoni reċiproka tad-drittijiet tas-sigurtà soċjali għaċ-ċittadini tar-Renju Unit, kif ukoll għall-membri tal-familja u s-superstiti tagħhom, li, sa tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni, kif definit fl-Artikolu 126 tal-Ftehim dwar il-Ħruġ, jinsabu jew kienu f’sitwazzjoni transfruntiera li tinvolvi Parti Kontraenti waħda jew aktar għall-Ftehim u r-Renju Unit fl-istess ħin, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
L-Anness II għall-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u l-Konfederazzjoni Żvizzera, min-naħa l-oħra, dwar il-moviment liberu tal-persuni huwa emendat kif stabbilit fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni ġiet stabbilita fil-lingwa Bulgara, Kroata, Ċeka, Daniża, Olandiża, Ingliża, Estonjana, Finlandiża, Franċiża, Ġermaniża, Griega, Ungeriża, Taljana, Latvjana, Litwana, Maltija, Pollakka, Portugiża, Rumena, Slovakka, Slovena, Spanjola u Żvediża, u t-testi f’kull waħda minn dawn il-lingwi huma ugwalment awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha mill-Kumitat Konġunt u għandha tapplika minn tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni kif definit fl-Artikolu 126 tal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika.
Għall-Kumitat Konġunt
Il-President
Cornelia LUETHY
Is-Segretarji
Nathalie MARVILLE DOSEN
Malgorzata SENDROWSKA
ANNESS
L-Anness II għall-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u l-Konfederazzjoni Żvizzera, min-naħa l-oħra, dwar il-moviment liberu tal-persuni huwa emendat kif ġej:
(1) |
L-Artikolu 3 hu emendat kif ġej:
|
(2) |
Għandu jiżdied Artikolu 4 ġdid wara l-Artikolu 3: “Artikolu 4 1. L-arranġamenti relatati mal-protezzjoni tad-drittijiet miksuba minn individwi privati skont dan il-Ftehim b’konsegwenza tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea huma ppreżentati fil-Protokoll II ta’ dan l-Anness. 2. Il-Protokoll II jifforma parti integrali minn dan l-Anness.”. |
(3) |
Wara t-taqsima C it-titolu “Protokoll” għandu jiġi sostitwit bi “Protokoll I”. |
(4) |
Għandu jiżdied Protokoll II ġdid wara l-Protokoll I: “PROTOKOLL II tal-Anness II tal-Ftehim dwar il-moviment liberu tal-persuni
B’KUNSIDERAZZJONI li l-Artikolu 33 tal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (“il-Ftehim dwar il-Ħruġ”) jiddikjara li t-Titolu III tal-Parti Tnejn tal-Ftehim dwar il-Ħruġ għandu japplika għaċ-ċittadini tal-Iżlanda, il-Prinċipat tal-Liechtenstein, ir-Renju tan-Norveġja u l-Konfederazzjoni Żvizzera dment li dawk il-pajjiżi jkunu kkonkludew u applikaw ftehimiet korrispondenti mar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, li japplikaw għaċ-ċittadini tal-Unjoni, kif ukoll mal-Unjoni Ewropea li japplikaw għaċ-ċittadini tar-Renju Unit, B’KUNSIDERAZZJONI li l-Artikolu 26b tal-Ftehim bejn ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar id-drittijiet taċ-ċittadini wara l-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea u l-Ftehim dwar il-Moviment Liberu tal-Persuni jiddikjara li d-dispożizzjonijiet tal-Parti III ta’ dak il-Ftehim għandhom japplikaw għaċ-ċittadini tal-Unjoni, dment li l-Unjoni tkun ikkonkludiet u tapplika ftehimiet korrispondenti mar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq li japplikaw għaċ-ċittadini tal-Iżvizzera, kif ukoll mal-Iżvizzera li japplikaw għaċ-ċittadini tar-Renju Unit, B’RIKONOXXIMENT li huwa neċessarju li tingħata protezzjoni reċiproka tad-drittijiet tas-sigurtà soċjali għaċ-ċittadini tar-Renju Unit, kif ukoll lill-membri tal-familja u s-superstiti tagħhom, li, fi tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni, ikunu jew kienu f’sitwazzjoni transfruntiera li tinvolvi Parti Kontraenti waħda jew aktar għall-Ftehim dwar il-Moviment Liberu tal-Persuni u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq fl-istess ħin, Artikolu 1 Definizzjonijiet u referenzi 1. Għall-finijiet ta’ dan il-Protokoll, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
2. Għall-finijiet ta’ dan il-Protokoll, ir-referenzi kollha għall-Istati Membri u għall-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri fid-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni magħmula applikabbli b’dan il-Protokoll għandhom jinftiehmu li jinkludu lir-Renju Unit u l-awtoritajiet kompetenti tiegħu. Artikolu 2 Persuni koperti 1. Dan il-Protokoll għandu japplika għall-persuni li ġejjin:
2. Il-persuni msemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu koperti sakemm jibqgħu, mingħajr interruzzjoni, f’waħda mis-sitwazzjonijiet imsemmija f’dak il-paragrafu li jinvolvu kemm lil wieħed mill-Istati koperti kif ukoll lir-Renju Unit fl-istess ħin. 3. Dan il-Protokoll għandu japplika wkoll għaċ-ċittadini tar-Renju Unit li ma jkunux, jew li ma jkunx għadhom, jaqgħu taħt waħda mis-sitwazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu iżda li jaqgħu taħt l-Artikolu 10 tal-Ftehim dwar il-Ħruġ jew taħt l-Artikolu 10 tal-Ftehim dwar id-Drittijiet taċ-Ċittadini, kif ukoll il-membri tal-familja u s-superstiti tagħhom. 4. Il-persuni msemmija fil-paragrafu 3 għandhom ikunu koperti sakemm ikun għad għandhom id-dritt ta’ residenza f’wieħed mill-Istati koperti skont l-Artikolu 13 tal-Ftehim dwar il-Ħruġ jew l-Artikolu 12 tal-Ftehim dwar id-Drittijiet taċ-Ċittadini, jew dritt għal xogħol fl-Istat tal-ħidma tagħhom skont l-Artikolu 24 jew 25 tal-Ftehim dwar il-Ħruġ jew l-Artikolu 20 tal-Ftehim dwar id-Drittijiet taċ-Ċittadini. 5. Fejn dan l-Artikolu jirreferi għal membri tal-familja u superstiti, dawk il-persuni għandhom ikunu koperti minn dan il-Kapitolu biss sa fejn jingħataw drittijiet u obbligi f’dik il-kapaċità skont ir-Regolament (KE) Nru 883/2004. Artikolu 3 Regoli dwar il-koordinazzjoni tas-sigurtà soċjali 1. Ir-regoli u l-objettivi ppreżentati fl-Artikolu 8 u f’dan l-Anness tal-Ftehim dwar il-Moviment Liberu tal-Persuni, fir-Regolament (KE) Nru 883/2004 u fir-Regolament (KE) Nru 987/2009 għandhom japplikaw għall-persuni koperti minn dan il-Protokoll. 2. L-Istati koperti għandhom iqisu kif xieraq id-Deċiżjonijiet u r-Rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni Amministrattiva għall-Koordinazzjoni ta’ Sistemi ta’ Sigurtà Soċjali mehmuża mal-Kummissjoni Ewropea u mwaqqfa skont ir-Regolament (KE) Nru 883/2004 (“Kummissjoni Amministrattiva”), elenkati fit-Taqsimiet B u C ta’ dan l-Anness. Artikolu 4 Sitwazzjonijiet speċjali koperti 1. Ir-regoli li ġejjin għandhom japplikaw fis-sitwazzjonijiet li ġejjin sa fejn stabbilit f’dan l-Artikolu, sakemm ikunu relatati ma’ persuni li mhumiex jew li ma għadhomx koperti mill-Artikolu 2:
2. Id-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu 1 tat-Titolu III tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 fir-rigward ta’ benefiċċji tal-mard għandhom japplikaw għal persuni li jirċievu benefiċċji skont il-punt (a) tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu. Dan il-paragrafu għandu japplika mutatis mutandis fir-rigward tal-benefiċċji tal-familja abbażi tal-Artikoli 67, 68 u 69 tar-Regolament (KE) Nru 883/2004. Artikolu 5 Rimborż, rkupru u tpaċija Id-dispożizzjonijiet tar-Regolamenti (KE) Nru 883/2004 u (KE) Nru 987/2009 dwar ir-rimborż, l-irkupru u t-tpaċija għandhom ikomplu japplikaw fir-rigward ta’ avvenimenti, sa fejn ikunu relatati ma’ persuni mhux koperti mill-Artikolu 2, li:
Artikolu 6 Żvilupp tal-liġi u adattamenti 1. Minkejja l-paragrafu 3, ir-referenzi f’dan il-Protokoll għar-Regolamenti (KE) Nru 883/2004 u (KE) Nru 987/2009 jew għad-dispożizzjonijiet tagħhom, għandhom jinftiehmu bħala referenzi għall-atti jew għad-dispożizzjonijiet kif inkorporati fil-Ftehim kif applikabbli fl-aħħar jum tal-perjodu ta’ tranżizzjoni. 2. Meta r-Regolamenti (KE) Nru 883/2004 u (KE) Nru 987/2009 jiġu emendati jew sostitwiti wara tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni, ir-referenzi għal dawk ir-Regolamenti f’dan il-Protokoll għandhom jinftiehmu bħala li jirreferu għal dawk ir-Regolamenti kif emendati jew sostitwiti, f’konformità mal-atti elenkati fil-Parti II tal-Anness I tal-Ftehim dwar il-Ħruġ, fir-rigward tal-Unjoni, u l-Parti II tal-Anness I tal-Ftehim dwar id-Drittijiet taċ-Ċittadini, fir-rigward tal-Iżvizzera. 3. Ir-Regolamenti (KE) Nru 883/2004 u (KE) Nru 987/2009, għall-finijiet ta’ dan il-Kapitolu, għandhom jinftiehmu li jinkludu l-adattamenti elenkati fil-Parti III tal-Anness I tal-Ftehim dwar il-Ħruġ, fir-rigward tal-Unjoni, u l-Parti III tal-Anness I tal-Ftehim dwar id-Drittijiet taċ-Ċittadini, fir-rigward tal-Iżvizzera. 4. Għall-finijiet ta’ dan il-Protokoll, l-emendi u l-adattamenti msemmija fil-paragrafi 2 u 3 għandhom jidħlu fis-seħħ fil-jum wara dak li fih jidħlu fis-seħħ l-emendi u l-adattamenti korrispondenti tal-Anness I tal-Ftehim dwar il-Ħruġ jew tal-Anness I tal-Ftehim dwar id-Drittijiet taċ-Ċittadini, skont liema minnhom tkun l-aktar riċenti. |
(2) Ir-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-koordinazzjoni ta’ sistemi tas-sigurtà soċjali (ĠU L 166, 30.4.2004, p. 1 kif ikkoreġuta fil-ĠU L 200, 7.6.2004, p. 1).
(3) Ir-Regolament (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 li jistabbilixxi l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 dwar il-koordinazzjoni tal-iskemi ta’ sigurtà soċjali (ĠU L 284, 30.10.2009, p. 1).