|
1.2.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 35/31 |
DEĊIŻJONI Nru 1/2021 TAL-KUMITAT KONĠUNT SKONT IL-FTEHIM BEJN L-UNJONI EWROPEA U L-ĠAPPUN GĦAL SĦUBIJA EKONOMIKA
tal-25 ta’ Jannar 2021
dwar l-emendi għall-Annessi 14-A u 14-B dwar l-indikazzjonijiet ġeografiċi [2021/109]
IL-KUMITAT KONĠUNT,
Wara li kkunsidra l-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ġappun għal Sħubija Ekonomika (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “Il-Ftehim”), u b’mod partikolari l-Artikoli 14.30 u 22.2 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Il-Ftehim daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Frar 2019. |
|
(2) |
Fit-8 ta’ Ġunju 2019, il-Kapitolu III tar-Regolament (KE) Nru 110/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) imsemmi fil-Parti 1 tal-Anness 14-A u fit-Taqsima A tal-Parti 2 tal-Anness 14-B tal-Ftehim tħassar bir-Regolament (UE) 2019/787 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2). Għalhekk jenħtieġ li r-referenzi għar-Regolament (KE) Nru 110/2008 fil-Ftehim jiġu sostitwiti kif xieraq bir-referenzi fir-Regolament (UE) 2019/787. |
|
(3) |
Fit-28 ta’ Novembru 2019, matul l-ewwel laqgħa tal-Kumitat dwar il-Proprjetà Intellettwali, l-Unjoni Ewropea u l-Ġappun (minn hawn ’il quddiem imsejħa “il-Partijiet”) iddiskutew il-modalitajiet biex jiġi emendat l-Anness 14-B tal-Ftehim skont l-Artikolu 14.30 u qablu li jkomplu d-diskussjonijiet fix-xhur li ġejjin bil-għan li jintlaħaq ftehim relatat maż-żieda ta’ Indikazzjonijiet Ġeografiċi ġodda (minn hawn ’il quddiem imsejħa “IĠ”) fil-laqgħa li jmiss tal-Kumitat Konġunt. B’riżultat ta’ dawk id-diskussjonijiet, il-Partijiet ikkonfermaw li kull sena, mill-2020 sal-2022, il-Kumitat Konġunt se jikkunsidra sa 28 isem mill-Unjoni Ewropea u mill-Ġappun rispettivament biex jiġu protetti bħala IĠ u biex jiżdiedu fl-Anness 14-B tal-Ftehim, diment li dawk l-ismijiet ikunu protetti bħala IĠ domestikament (3). Mill-2023, il-Partijiet se jaħdmu biex iżidu kontinwament IĠ addizzjonali fl-Anness 14-B fid-dawl tal-interessi ta’ kull naħa u b’koordinazzjoni mill-qrib bejn il-Partijiet. |
|
(4) |
Fuq talba tal-Partijiet u skont il-paragrafu 1 tal-Artikolu 14.30, l-Unjoni Ewropea lestiet il-proċedura ta’ oppożizzjoni u l-eżami ta’ 28 IĠ addizzjonali tal-Ġappun, u l-Ġappun lesta l-proċedura ta’ oppożizzjoni u l-eżami ta’ 28 IĠ addizzjonali tal-Unjoni Ewropea. |
|
(5) |
Fit-2 ta’ Marzu 2020, f’konformità mal-paragrafu 3 tal-Artikolu 14.30 tal-Ftehim, il-Ġappun innotifika lill-Unjoni Ewropea dwar il-waqfien tal-protezzjoni tal-Indikazzjoni Ġeografika Ġappuniża “西尾の抹茶/Nishio Matcha” fil-Ġappun. |
|
(6) |
Fit-28 ta’ Diċembru 2020, f’konformità mal-paragrafu 3 tal-Artikolu 14.53 tal-Ftehim, il-Kumitat dwar il-Proprjetà Intellettwali rrakkomanda lill-Kumitat Konġunt biex jemenda l-Anness 14-A u l-Anness 14-B tal-Ftehim skont dan. |
|
(7) |
Il-Partijiet diġà lestew il-proċeduri interni tagħhom meħtieġa għall-adozzjoni tad-Deċiżjoni mill-Kumitat Konġunt skont il-Ftehim, u jenħtieġ li jagħmlu ħilithom mill-aktar fis biex jiskambjaw in-noti diplomatiċi li jikkonfermaw l-emendi għall-Ftehim sabiex dawn ikunu jistgħu jidħlu fis-seħħ mhux aktar tard minn għaxart ijiem tax-xogħol wara li tiġi addottata d-Deċiżjoni. |
|
(8) |
Konsegwentement, jenħtieġ li l-Annessi 14-A u 14-B tal-Ftehim jiġu emendati, f’konformità mal-paragrafu 3 u s-subparagrafi 4(f) u 4(g) tal-Artikolu 23.2 tal-Ftehim. |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Fil-Parti 1 tal-Anness 14-A u fin-nota 1 f’qiegħ il-paġna għat-titolu “L-Unjoni Ewropea” tat-Taqsima A tal-Parti 2 tal-Anness 14-B, ir-referenzi għar-regolament tal-UE għandhom jiġu emendati kif deskritt fl-Anness 1 ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
1. Fit-Taqsima A tal-Parti 1 tal-Anness 14-B tal-Ftehim, l-IĠ elenkati fl-Anness 2 ta’ din id-Deċiżjoni għandhom jiżdiedu mal-lista korrispondenti ta’ IĠ tal-Istat Membru rispettiv tal-Unjoni Ewropea.
2. Fit-Taqsima B tal-Parti 1 tal-Anness 14-B tal-Ftehim, l-Indikazzjoni Ġeografika “西尾の抹茶/Nishio Matcha” għandha titneħħa mil-lista ta’ IĠ tal-Ġappun kif indikat fil-Parti 1 tal-Anness 3 ta’ din id-Deċiżjoni u l-IĠ elenkati fil-Parti 2 tal-Anness 3 ta’ din id-Deċiżjoni għandhom jiżdiedu mal-lista ta’ IĠ tal-Ġappun.
3. Fit-Taqsima A tal-Parti 2 tal-Anness 14-B tal-Ftehim, l-IĠ elenkati fl-Anness 4 ta’ din id-Deċiżjoni għandhom jiżdiedu mal-lista korrispondenti ta’ IĠ tal-Istat Membru rispettiv tal-Unjoni Ewropea.
4. Fit-Taqsima B tal-Parti 2 tal-Anness 14-B tal-Ftehim, l-IĠ elenkati fl-Anness 5 ta’ din id-Deċiżjoni għandhom jiżdiedu mal-lista ta’ IĠ tal-Ġappun.
Artikolu 3
1. Fit-tielet u r-raba’ sena ta’ implimentazzjoni tal-Ftehim, il-Kumitat Konġunt se jiddeċiedi dwar iż-żieda fl-Anness 14-B tal-Ftehim ta’ għadd massimu ta’ 28 isem mill-Unjoni Ewropea u mill-Ġappun rispettivament li għandhom jiġu protetti bħala IĠ skont il-Ftehim, sa total ta’ 83 isem għal kull Parti inklużi l-ismijiet skont l-Artikolu 2 ta’ din id-Deċiżjoni, diment li dawk l-ismijiet ikunu IĠ protetti fit-territorju tal-Parti f’konformità mal-liġijiet u r-regolamenti tagħha.
2. Mill-ħames sena ta’ implimentazzjoni tal-Ftehim, il-Partijiet se jaħdmu biex jinkludu b’mod kontinwu IĠ addizzjonali fid-dawl tal-interessi ta’ kull Parti.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni hija mfassla f’żewġ kopji. L-Artikoli 1 u 2 u l-Annessi ta’ din id-Deċiżjoni huma mfassla f’żewġ kopji bil-lingwi awtentiċi tal-Ftehim previsti fil-paragrafu 1 tal-Artikolu 23.8 tal-Ftehim, u t-testi kollha huma ugwalment awtentiċi.
Artikolu 5
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi implimentata mill-Partijiet kif imsemmi fil-paragrafu 1 tal-Artikolu 22.2 tal-Ftehim. L-emendi għall-Ftehim adottati permezz ta’ din id-Deċiżjoni għandhom jiġu kkonfermati u jidħlu fis-seħħ mal-iskambju tan-noti diplomatiċi f’konformità mal-paragrafu 3 tal-Artikolu 23.2 tal-Ftehim.
Għall-Kumitat Konġunt
Kopresident (għall-Ġappun)
Toshimitsu MOTEGI
Kopresident (għall-UE)
Valdis DOMBROVSKIS
(1) Ir-Regolament (KE) Nru 110/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Jannar 2008 dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni, l-ittikkettar, u l-protezzjoni ta’ Indikazzjonijiet Ġeografiċi, ta’ xorb spirituż u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1576/89 (ĠU L 39, 13.2.2008, p. 16).
(2) Ir-Regolament (UE) 2019/787 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ April 2019 dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni u t-tikkettar ta’ xorb spirituż, l-użu tal-ismijiet ta’ xorb spirituż fil-preżentazzjoni u t-tikkettar ta’ oġġetti tal-ikel oħra, il-protezzjoni ta’ Indikazzjonijiet Ġeografiċi ta’ xorb spirituż, l-użu ta’ alkoħol etiliku u distillati ta’ oriġini agrikola f’xorb alkoħoliku, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 110/2008 (ĠU L 130, 17.5.2019, p. 1).
(3) Għal aktar ċertezza, il-Kumitat Konġunt se jikkunsidra 27 jew 28 isem mill-Unjoni Ewropea kull sena irrispettivament mill-għadd ta’ ismijiet mill-Ġappun.
ANNESS 1
Fil-Parti 1 tal-Anness 14-A u fin-nota 1 f’qiegħ il-paġna għat-titolu “L-Unjoni Ewropea” tat-Taqsima A tal-Parti 2 tal-Anness 14-B, ir-referenzi għar- “Regolament (KE) Nru 110/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Jannar 2008 dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni, l-ittikkettar, u l-protezzjoni ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi, ta’ xorb spirituż u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1576/89” għandhom jiġu sostitwiti b’referenzi għar-“Regolament (UE) 2019/787 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ April 2019 | dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni u t-tikkettar ta’ xorb spirituż, l-użu tal-ismijiet ta’ xorb spirituż fil-preżentazzjoni u t-tikkettar ta’ oġġetti tal-ikel oħra, il-protezzjoni ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi ta’ xorb spirituż, l-użu ta’ alkoħol etiliku u distillati ta’ oriġini agrikola f’xorb alkoħoliku, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 110/2008”.
ANNESS 2
L-AWSTRIJA
|
Isem li għandu jkun protett |
Traskrizzjoni tal-Ġappuniż (għal skopijiet ta’ informazzjoni) |
Kategorija tal-oġġett u deskrizzjoni qasira [f’parentesi kwadri, għal skopijiet ta’ informazzjoni] |
|
“Vorarlberger Bergkäse |
ファアアールベルガー・ベルクケーゼ |
Ġobon” |
IL-BULGARIJA
|
Isem li għandu jkun protett |
Traskrizzjoni tal-Ġappuniż (għal skopijiet ta’ informazzjoni) |
Kategorija tal-oġġett u deskrizzjoni qasira [f’parentesi kwadri, għal skopijiet ta’ informazzjoni] |
|
“Българско pозово масло (Trasliterazzjoni bl-alfabett Latin: Bulgarsko rozovo maslo) |
バルガルスコ・ロゾヴォ・マスロ |
Żjut essenzjali |
|
Странджански манов мед/Maнов мед от Странджа (Trasliterazzjoni bl-alfabett Latin: Strandzhanski manov med/Manov med ot Strandzha) |
ストランジャンスキ・マノフ・メッド/ マノフ・メッド・オット・ストランジャ |
Prodott ieħor li joriġina mill-annimali (bajd, għasel, diversi prodotti tal-ħalib, għajr butir, eċċ.) [għasel]” |
IL-KROAZJA
|
Isem li għandu jkun protett |
Traskrizzjoni tal-Ġappuniż (għal skopijiet ta’ informazzjoni) |
Kategorija tal-oġġett u deskrizzjoni qasira [f’parentesi kwadri, għal skopijiet ta’ informazzjoni] |
|
“Baranjski kulen |
バラニュスキ・クレン |
Prodotti tal-laħam (imsajrin, immellħin, affumikati, eċċ.) [perżut tal-majjal] |
|
Dalmatinski pršut |
ダルマティンスキ・ プロシュート |
Prodotti tal-laħam (imsajrin, immellħin, affumikati, eċċ.) [perżut tal-majjal] |
|
Drniški pršut |
ドゥルニシュキ・プロシュート |
Prodotti tal-laħam (imsajrin, immellħin, affumikati, eċċ.) [perżut tal-majjal] |
|
Međimursko meso `z tiblice |
メジムルスコ・メソ・ ズ・ティブリツェ |
Prodotti tal-laħam (imsajrin, immellħin, affumikati, eċċ.) [perżut tal-majjal] |
|
Slavonski med |
スラヴォンスキ・メド |
Prodott ieħor li joriġina mill-annimali (bajd, għasel, diversi prodotti tal-ħalib, għajr butir, eċċ.) [għasel]” |
FRANZA
|
Isem li għandu jkun protett |
Traskrizzjoni tal-Ġappuniż (għal skopijiet ta’ informazzjoni) |
Kategorija tal-oġġett u deskrizzjoni qasira [f’parentesi kwadri, għal skopijiet ta’ informazzjoni] |
|
“Beurre Charentes-Poitou/Beurre des Charentes/Beurre des Deux-Sèvres |
ブール・シャラント・ポワトゥー/ブール・デ・シャラント/ブール・デ・ドゥー・セーヴル |
Żjut u xaħmijiet (butir, marġerina, żejt, eċċ.) [butir] |
|
Laguiole |
ライオル |
Ġobon” |
IL-ĠERMANJA
|
Isem li għandu jkun protett |
Traskrizzjoni tal-Ġappuniż (għal skopijiet ta’ informazzjoni) |
Kategorija tal-oġġett u deskrizzjoni qasira [f’parentesi kwadri, għal skopijiet ta’ informazzjoni] |
|
“Aachener Printen |
アーヘナー・プリンテン |
Ħobż, għaġina, kejkijiet, ħlewwiet, gallettini u oġġetti oħrajn tal-furnara [gallettini]” |
IL-GREĊJA
|
Isem li għandu jkun protett |
Traskrizzjoni tal-Ġappuniż (għal skopijiet ta’ informazzjoni) |
Kategorija tal-oġġett u deskrizzjoni qasira [f’parentesi kwadri, għal skopijiet ta’ informazzjoni] |
|
“Καλαμάτα (Trasliterazzjoni bl-alfabett Latin: Kalamata) |
カラマタ |
Żjut u xaħmijiet (butir, marġerina, żejt, eċċ.) [żejt taż-żebbuġa] |
|
Κασέρι (Trasliterazzjoni bl-alfabett Latin: Kasseri) |
カセリ |
Ġobon |
|
Κεφαλογραβιέρα (Trasliterazzjoni bl-alfabett Latin: Kefalograviera) |
ケファログラヴィエラ |
Ġobon” |
L-ITALJA
|
Isem li għandu jkun protett |
Traskrizzjoni tal-Ġappuniż (għal skopijiet ta’ informazzjoni) |
Kategorija tal-oġġett u deskrizzjoni qasira [f’parentesi kwadri, għal skopijiet ta’ informazzjoni] |
|
“Culatello di Zibello |
クラテッロ・ディ・ジベッロ |
Prodotti tal-laħam (imsajrin, immellħin, affumikati, eċċ.) [perżut tal-majjal] |
|
Toscano |
トスカーノ |
Żjut u xaħmijiet (butir, marġerina, żejt, eċċ.) [żejt taż-żebbuġa]” |
IR-RUMANIJA
|
Isem li għandu jkun protett |
Traskrizzjoni tal-Ġappuniż (għal skopijiet ta’ informazzjoni) |
Kategorija tal-oġġett u deskrizzjoni qasira [f’parentesi kwadri, għal skopijiet ta’ informazzjoni] |
|
“Magiun de prune Topoloveni |
マジュン・デ・プルネ・トポロヴェニ |
Frott, ħxejjex u ċereali, friski jew ipproċessati [ġamm tal-għajnbaqar] |
|
Salam de Sibiu |
サラム・デ・シビウ |
Prodotti tal-laħam (imsajrin, immellħin, affumikati, eċċ.) [salami tal-majjal] |
|
Telemea de Ibănești |
テレメア・デ・イバネシュティ |
Ġobon” |
IS-SLOVENJA
|
Isem li għandu jkun protett |
Traskrizzjoni tal-Ġappuniż (għal skopijiet ta’ informazzjoni) |
Kategorija tal-oġġett u deskrizzjoni qasira [f’parentesi kwadri, għal skopijiet ta’ informazzjoni] |
|
“Kranjska klobasa |
クランスカ・クロバサ |
Prodotti tal-laħam (imsajrin, immellħin, affumikati, eċċ.) [zalzett tal-majjal]” |
SPANJA
|
Isem li għandu jkun protett |
Traskrizzjoni tal-Ġappuniż (għal skopijiet ta’ informazzjoni) |
Kategorija tal-oġġett u deskrizzjoni qasira [f’parentesi kwadri, għal skopijiet ta’ informazzjoni] |
|
“Estepa |
エステパ |
Żjut u xaħmijiet (butir, marġerina, żejt, eċċ.) [żejt taż-żebbuġa]” |
ANNESS 3
IL-PARTI 1
L-Indikazzjoni Ġeografika “西尾の抹茶/Nishio Matcha” għandha titneħħa mil-lista ta’ IĠ tal-Ġappun fit-Taqsima B tal-Parti 1 tal-Anness 14-B tal-Ftehim.
PARTI 2
|
Isem li għandu jkun protett |
Traskrizzjoni bl-alfabett Latin (għal skopijiet ta’ informazzjoni) |
Kategorija tal-oġġett u deskrizzjoni qasira [f’parentesi kwadri, għal skopijiet ta’ informazzjoni] |
|
“水戸の柔甘ねぎ |
Mito no Yawaraka Negi |
Prodott agrikolu [basal aħdar] |
|
松館しぼり大根 |
Matsudate Shibori Daikon |
Prodott agrikolu [ravanell abjad Ġappuniż (daikon)] |
|
対州そば |
Taisyu Soba |
Prodott agrikolu [qamħ saraċin] Prodott agrikolu pproċessat [dqiq tal-qamħ Saraċin] |
|
山形セルリー/ Yamagata Celery |
Yamagata Celery |
Prodott agrikolu [karfus] |
|
南郷トマト |
Nango Tomato |
Prodott agrikolu [tadam] |
| ヤマダイかんしょ/
|
Yamadai Kansho |
Prodott agrikolu [patata ħelwa] |
|
岩出山凍り豆腐/ 岩出山名産凍り豆腐 |
Iwadeyama Koridofu/ Iwadeyama Meisan Koridofu |
Prodott agrikolu pproċessat [baqta tal-fażola lijofilizzata] |
|
くまもとあか牛 |
Kumamoto Akaushi |
Laħam frisk [ċanga] |
|
二子さといも/二子いものこ |
Futago Satoimo/ Futago Imonoko |
Prodott agrikolu [taro] |
|
越前がに/越前かに |
Echizen Gani/Echizen Kani |
Prodott tal-baħar [snow crab] Prodott tal-baħar ipproċessat [snow crab mgħolli] |
|
大山ブロッコリー/ Daisen Broccoli |
Daisen Broccoli |
Prodott agrikolu [brokkoli] |
|
奥久慈しゃも/ Okukuji Shamo Chicken |
Okukuji Shamo |
Laħam frisk [tiġieġ, laħam tal-ġewwieni] |
|
こおげ花御所柿/ Koge Hanagoshogaki |
Koge Hanagoshogaki |
Prodott agrikolu [Kaki Ġappuniż] |
|
菊池水田ごぼう/ Kikuchi Suiden Gobo |
Kikuchi Suiden Gobo |
Prodott agrikolu [bardana] |
|
つるたスチューベン/ Tsuruta Steuben (1) |
Tsuruta Steuben |
Prodott agrikolu [għeneb] |
|
小笹うるい/Ozasa Urui |
Ozasa Urui |
Prodott agrikolu [hosta] |
|
東京しゃも/ Tokyo Shamo |
Tokyo Shamo |
Laħam frisk [tiġieġ, laħam tal-ġewwieni] |
|
佐用もち大豆/ Sayo Mochidaizu |
Sayo Mochidaizu |
Prodott agrikolu [fażola tas-sojja] |
|
いぶりがっこ/Iburigakko |
Iburigakko |
Prodott agrikolu pproċessat [pikles] |
|
大栄西瓜/Daiei Suika |
Daiei Suika |
Prodott agrikolu [dulliegħ] |
|
津南の雪下にんじん/ Tsunan no Yukishita Ninjin |
Tsunan no Yukishita Ninjin |
Prodott agrikolu [karrotti] |
|
善通寺産四角スイカ/Zentsujisan Shikakusuika |
Zentsujisan Shikakusuika |
Prodott agrikolu [dulliegħ] |
|
比婆牛/Hiba Gyu |
Hiba Gyu |
Laħam frisk [ċanga] |
|
伊吹そば/Ibuki Soba/伊吹在来そば/Ibuki Zairaisoba |
Ibuki Soba/Ibuki Zairaisoba |
Prodott agrikolu [qamħ saraċin] |
| 東出雲の
|
Higashiizumo no Maruhata Hoshigaki |
Prodott agrikolu pproċessat [Kaki Ġappuniż imnixxef] |
(1) Għal ċertezza akbar, ismijiet varjetali li fihom jew jikkonsistu minn “Steuben” jistgħu jkomplu jintużaw fuq oġġetti simili, diment li l-konsumatur ma jiġix żgwidat dwar in-natura ta’ tali terminu jew l-oriġini preċiża tal-prodott.”
ANNESS 4
L-ESTONJA
|
Isem li għandu jkun protett |
Traskrizzjoni tal-Ġappuniż (għal skopijiet ta’ informazzjoni) |
Kategorija tal-oġġett u deskrizzjoni qasira [f’parentesi kwadri, għal skopijiet ta’ informazzjoni] |
|
“Estonian Vodka |
エストニアン・ウォッカ |
Spirti” |
FRANZA
|
Isem li għandu jkun protett |
Traskrizzjoni tal-Ġappuniż (għal skopijiet ta’ informazzjoni) |
Kategorija tal-oġġett u deskrizzjoni qasira [f’parentesi kwadri, għal skopijiet ta’ informazzjoni] |
|
“Cassis de Dijon |
カシス・ドゥ・ディジョン |
Spirti” |
IL-ĠERMANJA
|
Isem li għandu jkun protett |
Traskrizzjoni tal-Ġappuniż (għal skopijiet ta’ informazzjoni) |
Kategorija tal-oġġett u deskrizzjoni qasira [f’parentesi kwadri, għal skopijiet ta’ informazzjoni] |
|
“Pfalz |
ファルツ |
Inbid” |
L-IRLANDA
|
Isem li għandu jkun protett |
Traskrizzjoni tal-Ġappuniż (għal skopijiet ta’ informazzjoni) |
Kategorija tal-oġġett u deskrizzjoni qasira [f’parentesi kwadri, għal skopijiet ta’ informazzjoni] |
|
“Irish Poteen/Irish Poitín |
アイリッシュポティーン/アイリッシュポッチーン |
Spirti” |
IS-SLOVENJA
|
Isem li għandu jkun protett |
Traskrizzjoni tal-Ġappuniż (għal skopijiet ta’ informazzjoni) |
Kategorija tal-oġġett u deskrizzjoni qasira [f’parentesi kwadri, għal skopijiet ta’ informazzjoni] |
|
“Goriška Brda |
ゴリシュカ・ブルダ |
Inbid |
|
Štajerska Slovenija |
シュタイエルスカ・スロヴェニア |
Inbid” |
SPANJA
|
Isem li għandu jkun protett |
Traskrizzjoni tal-Ġappuniż (għal skopijiet ta’ informazzjoni) |
Kategorija tal-oġġett u deskrizzjoni qasira [f’parentesi kwadri, għal skopijiet ta’ informazzjoni] |
|
“Cariñena |
カリニェナ |
Inbid” |
ANNESS 5
|
Isem li għandu jkun protett |
Traskrizzjoni bl-alfabett Latin (għal skopijiet ta’ informazzjoni) |
Kategorija tal-oġġett u deskrizzjoni qasira [f’parentesi kwadri, għal skopijiet ta’ informazzjoni] |
|
“北海道 |
Hokkaido |
Inbid |
|
灘五郷 |
Nadagogo |
Seishu (Sake) |
|
はりま |
Harima |
Seishu (Sake)” |