|
21.1.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 19/1 |
Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tad-Danimarka dwar in-notifika fl-Istati Membri ta’ dokumenti ġudizzjarji u ekstraġudizzjarji fi kwistjonijiet ċivili jew kummerċjali
Skont l-Artikolu 3(2) tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tad-Danimarka dwar in-notifika fl-Istati Membri ta’ dokumenti ġudizzjarji u ekstraġudizzjarji fi kwistjonijiet ċivili jew kummerċjali (1), konkluż bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/326/KE tas-27 ta’ April 2006 (minn hawn ’il quddiem “il-Ftehim”), kull meta jiġu adottati emendi għar-Regolament dwar in-notifika ta’ dokumenti, id-Danimarka għandha tinnotifika lill-Kummissjoni bid-deċiżjoni tagħha dwar jekk timplimentax jew le l-kontenut ta’ tali emendi.
Ir-Regolament (UE) 2020/1784 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar in-notifika fl-Istati Membri ta’ dokumenti ġudizzjarji u ekstraġudizzjarji f’materji ċivili jew kummerċjali (notifika ta’ dokumenti) (riformulazzjoni) (2) ġie adottat fil-25 ta’ Novembru 2020.
F'konformità mal-Artikolu 3(2) tal-Ftehim, id-Danimarka, permezz ta' ittra tat-22 ta’ Diċembru 2020 innotifikat lill-Kummissjoni bid-deċiżjoni tagħha li timplimenta l-kontenut tar-Regolament (UE) Nru 2020/1784. F’konformità mal-Artikolu 3(6) tal-Ftehim, in-notifika tad-Danimarka toħloq obbligi reċiproċi bejn id-Danimarka u l-Komunità. Għalhekk, ir-Regolament (UE) 2020/1784 jikkostitwixxi emenda għall-Ftehim u huwa meqjus bħala anness tiegħu.
F'konformità mal-Artikolu 3(4) tal-Ftehim, il-miżuri amministrattivi neċessarji jidħlu fis-seħħ dakinhar tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament (UE) 2020/1784.