25.9.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 311/1


Informazzjoni dwar id-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill li tawtorizza lir-Renju Unit jesprimi l-kunsens tiegħu, fil-kapaċità tiegħu stess, li jkun marbut b’ċerti ftehimiet internazzjonali li jiġu applikati matul il-perijodu ta’ tranżizzjoni fil-qasam tal-politika komuni tas-sajd tal-Unjoni

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill li tawtorizza lir-Renju Unit biex jesprimi l-kunsens tiegħu, fil-kapaċità tiegħu stess, li jintrabat b’ċerti ftehimiet internazzjonali li għandhom jiġu applikati matul il-perjodu ta’ tranżizzjoni fil-qasam tal-politika komuni tas-sajd tal-Unjoni tat-18 ta’ Settembru 2020 ġiet innotifikata lir-Renju Unit fid-data tal-adozzjoni tagħha. Skont l-aħħar sentenza tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 297 TFUE, din id-deċiżjoni daħlet fis-seħħ fit-18 ta’ Settembru 2020.