20.5.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 158/1


Avviż rigward l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim Interim ta’ Sħubija bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa waħda, u l-Istati tal-Paċifiku min-naħa l-oħra

L-Unjoni Ewropea u l-Gżejjer Solomon innotifikaw it-tlestija tal-proċeduri meħtieġa għall‐applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim Interim ta’ Sħubija bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa waħda, u l-Istati tal-Paċifiku min-naħa l-oħra (1), f’konformità mal-Artikolu 76(2) ta’ dak il-Ftehim. Konsegwentement, il-Ftehim japplika b’mod proviżorju mis-17 ta’ Mejju 2020 bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gżejjer Solomon.


(1)  ĠU L 272, 16.10.2009, p. 1.