17.1.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 13/7


Informazzjoni dwar id-dħul fis-seħħ tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika ta' Singapore dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru

Il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika ta’ Singapore dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru, iffirmat fil-Lussemburgu fid-9 ta’ Ġunju 2006, daħal fis-seħħ fit-30 ta’ Settembru 2016, f’konformità mal-Artikolu 7(1) tal-Ftehim, peress li l-aħħar notifika ġiet iddepożitata fit-30 ta’ Settembru 2016.