13.1.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 7/2


Informazzjoni dwar id-dħul fis-seħħ tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Libaniża dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru

Il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Libaniża dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru, iffirmat f’Beirut fis-7 ta’ Lulju 2006, daħal fis-seħħ fil-25 ta’ Ottubru 2017, f’konformità mal-Artikolu 8(1) tal-Ftehim, peress li l-aħħar notifika ġiet iddepożitata fil-25 ta’ Ottubru 2017.