|
30.12.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 443/6 |
DEĊIŻJONI nru 4/2020 TAL-KUMITAT KONĠUNT STABBILIT BIL-FTEHIM DWAR IL-ĦRUĠ TAR-RENJU UNIT TAL-GRAN BRITTANJA U L-IRLANDA TA’ FUQ MILL-UNJONI EWROPEA U MILL-KOMUNITÀ EWROPEA TAL-ENERĠIJA ATOMIKA
tas-17 ta’ Diċembru 2020
dwar id-determinazzjoni tal-merkanzija mhux f’riskju 2020/2248
IL-KUMITAT KONĠUNT,
Wara li kkunsidra l-Protokoll dwar l-Irlanda/l-Irlanda ta’ Fuq tal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikolu 5(2) tiegħu,
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Suġġett
Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi regoli għall-implimentazzjoni tal-Artikolu 5(2) tal-Protokoll dwar l-Irlanda/l-Irlanda ta’ Fuq (“il-Protokoll”) dwar:
|
(a) |
il-kundizzjonijiet biex jitqies li merkanzija li tiddaħħal fl-Irlanda ta’ Fuq minn barra l-Unjoni ma tkunx soġġetta għall-ipproċessar kummerċjali fl-Irlanda ta’ Fuq; |
|
(b) |
il-kriterji biex jitqies li merkanzija li tiddaħħal fl-Irlanda ta’ Fuq minn barra l-Unjoni ma tkunx f’riskju li sussegwentement tiddaħħal fl-Unjoni. |
Artikolu 2
Ipproċessar mhux kummerċjali
Merkanzija ma għandhiex titqies li hija soġġetta għall-ipproċessar kummerċjali meta:
|
(a) |
il-persuna li tippreżenta dikjarazzjoni għar-rilaxx għal ċirkolazzjoni libera dwar din il-merkanzija jew li tali dikjarazzjoni ssir f’isimha (“l-importatur”) kellha fatturat annwali totali ta’ anqas minn GBP 500 000 fl-aħħar sena finanzjarja kompluta tagħha; jew |
|
(b) |
l-ipproċessar isir fl-Irlanda ta’ Fuq u huwa għall-iskop uniku ta’:
|
Artikolu 3
Kriterji biex jitqies li l-merkanzija ma tkunx f’riskju li sussegwentement tiddaħħal fl-Unjoni
1. Għandu jitqies li l-merkanzija ma tkunx f’riskju li sussegwentement tiddaħħal fl-Unjoni meta din ma tkunx ikkunsidrata li tkun soġġetta għall-ipproċessar kummerċjali f’konformità mal-Artikolu 2, u meta:
|
(a) |
fil-każ ta’ merkanzija mdaħħla fl-Irlanda ta’ Fuq minn parti oħra tar-Renju Unit permezz ta’ trasport dirett,
|
|
(b) |
fil-każ ta’ merkanzija mdaħħla fl-Irlanda ta’ Fuq permezz ta’ trasport dirett għajr mill-Unjoni jew minn parti oħra tar-Renju Unit,
|
2. Il-paragrafi 1(a)(ii) u 1(b)(ii) ma għandhomx japplikaw għal merkanzija soġġetta għal miżuri ta’ difiża tal-kummerċ adottati mill-Unjoni.
Artikolu 4
Kalkolu tad-dazji applikabbli
Għall-finijiet tal-Artikolu 3(1)(a)(i) u 3(1)(b) għandhom japplikaw ir-regoli li ġejjin:
|
(a) |
id-dazju pagabbli skont it-Tariffa Doganali Komuni tal-Unjoni fuq merkanzija għandu jiġi kkalkulat skont ir-regoli stabbiliti fil-leġiżlazzjoni doganali tal-Unjoni; |
|
(b) |
id-dazju pagabbli skont it-tariffa doganali tar-Renju Unit fuq merkanzija għandu jiġi kkalkulat skont ir-regoli stabbiliti fil-leġiżlazzjoni doganali tar-Renju Unit. |
Artikolu 5
Awtorizzazzjoni għall-finijiet tal-Artikolu 3
1. Għall-finijiet tal-Artikoli 3 (1)(a)(ii) u 3(1)(b)(ii), applikazzjoni għal awtorizzazzjoni biex tiddaħħal merkanzija fl-Irlanda ta’ Fuq permezz ta’ trasport dirett għall-bejgħ lill-konsumaturi finali jew għall-użu aħħari minnhom għandha tiġi ppreżentata lill-awtorità kompetenti tar-Renju Unit.
2. L-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandu jkun fiha informazzjoni dwar l-attivitajiet kummerċjali tal-applikant, dwar il-merkanzija li tipikament tiddaħħal fl-Irlanda ta’ Fuq, kif ukoll deskrizzjoni tat-tip ta’ rekords, sistemi u kontrolli stabbiliti mill-applikant biex jiġi żgurat li l-merkanzija koperta mill-awtorizzazzjoni tiġi ddikjarata kif suppost għal finijiet doganali u tista’ tiġi pprovduta evidenza bħala appoġġ għall-impenn fl-Artikolu 6(b). Il-kummerċjant għandu jżomm l-evidenza, eż. fatturi, għall-aħħar ħames snin u għandu jipprovdiha lill-awtoritajiet kompetenti jekk jitolbuh jagħmel dan. Ir-rekwiżiti tad-data tal-applikazzjoni huma stipulati fid-dettall fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.
3. L-awtorizzazzjoni għandha tindika mill-inqas dan li ġej:
|
(a) |
isem il-persuna li ngħatatilha l-awtorizzazzjoni (“id-detentur tal-awtorizzazzjoni”); |
|
(b) |
numru ta’ referenza uniku attribwit mill-awtorità doganali kompetenti għad-deċiżjoni (“numru ta’ referenza tal-awtorizzazzjoni”); |
|
(c) |
l-awtorità li tat l-awtorizzazzjoni; |
|
(d) |
id-data tad-dħul fis-seħħ tal-awtorizzazzjoni. |
4. Id-dispożizzjonijiet tal-leġiżlazzjoni doganali tal-Unjoni dwar deċiżjonijiet relatati mal-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni doganali għandhom japplikaw għall-applikazzjonijiet u l-awtorizzazzjonijiet imsemmija f’dan l-Artikolu, inkluż fir-rigward tal-monitoraġġ.
5. F’każijiet fejn l-awtorità doganali kompetenti tar-Renju Unit tosserva użu ħażin intenzjonat ta’ awtorizzazzjoni jew ksur tal-kundizzjonijiet għal awtorizzazzjoni stabbiliti f’din id-Deċiżjoni, l-awtorità għandha tissospendi jew tirrevoka l-awtorizzazzjoni.
Artikolu 6
Kundizzjonijiet ġenerali għall-ħruġ ta' awtorizzazzjoni
Għall-finijiet tal-Artikoli 3(1)(a)(ii) u 3(1)(b)(ii), tista’ tingħata awtorizzazzjoni lill-applikanti li:
|
(a) |
jissodisfaw il-kriterji ta’ stabbiliment li ġejjin:
|
|
(b) |
jimpenjaw ruħhom li jdaħħlu oġġetti fl-Irlanda ta’ Fuq biss għall-bejgħ lil konsumaturi aħħarin jew għall-użu aħħari minnhom, inkluż fejn dawk l-oġġetti kienu soġġetti għal ipproċessar mhux kummerċjali skont l-Artikolu 2 qabel il-bejgħ jew l-użu finali tagħhom mill-konsumaturi aħħarin; u, fil-każ ta’ bejgħ lill-konsumaturi aħħarin fl-Irlanda ta’ Fuq, jimpenjaw ruħhom li l-bejgħ se jsir minn ħanut fiżiku jew aktar fl-Irlanda ta’ Fuq li minnu jsir il-bejgħ dirett fiżiku lill-konsumaturi aħħarin. |
Artikolu 7
Kundizzjonijiet speċifiċi għall-awtorizzazzjoni
1. Għall-finijiet tal-Artikoli 3(1)(a)(ii) u 3(1)(b)(ii), tingħata awtorizzazzjoni biex tiddaħħal merkanzija fl-Irlanda ta’ Fuq biss lill-applikanti li jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 6 kif ukoll il-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
(a) |
l-applikant jiddikjara li se jiddikjara għar-rilaxx għal ċirkolazzjoni libera merkanzija mdaħħla fl-Irlanda ta’ Fuq skont l-Artikolu 3(1)(a)(ii) jew 3(1)(b)(ii); |
|
(b) |
l-applikant ma jista’ jkun wettaq l-ebda ksur serju jew ksur ripetut tal-leġiżlazzjoni doganali u r-regoli fiskali, u ma jista’ jkollu l-ebda rekord ta’ reati kriminali serji relatati mal-attività ekonomika tiegħu; |
|
(c) |
fir-rigward ta’ merkanzija li trid tiġi ddikjarata bħala mhux f’riskju, l-applikant għandu juri li għandu livell għoli ta’ kontroll tal-operazzjonijiet tiegħu u tal-fluss tal-merkanzija, permezz ta’ sistema ta’ ġestjoni ta’ rekords kummerċjali u, fejn xieraq, tat-trasport, li jippermettu kontrolli xierqa u l-għoti ta’ evidenza bħala sostenn għall-impenn fl-Artikolu 6(b). |
2. L-awtorizzazzjonijiet għandhom jingħataw biss jekk l-awtorità doganali tqis li ser tkun tista’ twettaq kontrolli mingħajr sforz amministrattiv sproporzjonat, inkluż il-kontroll ta’ kwalunkwe evidenza li l-merkanzija nbiegħet lil konsumaturi aħħarin jew kienet soġġetta għall-użu finali minnhom.
3. Matul il-perjodu li jintemm xahrejn wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Deċiżjoni, tista’ tingħata awtorizzazzjoni proviżorja jekk l-applikant ikun ippreżenta applikazzjoni kompluta, ikun konformi mal-paragrafu 1(b), u jiddikjara li jissodisfa l-kundizzjonijiet l-oħra għall-awtorizzazzjoni. It-tul tal-awtorizzazzjoni proviżorja għandu jkun limitat għal erba’ xhur, wara liema perjodu trid tkun ngħatat awtorizzazzjoni permanenti biex il-kummerċjant jibqa’ awtorizzat.
Artikolu 8
Skambju ta’ informazzjoni dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 5(1) u (2) tal-Protokoll
1. Mingħajr preġudizzji għall-obbligi tiegħu skont l-Artikolu 5(4) tal-Protokoll, moqri flimkien mar-Regolament (KE) Nru 638/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) u r-Regolament (KE) Nru 471/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), ta’ kull xahar, ir-Renju Unit għandu jipprovdi informazzjoni lill-Unjoni dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 5(1) u (2) tal-Protokoll kif ukoll ta’ din id-Deċiżjoni. Din l-informazzjoni għandha tinkludi volumi u valuri, f’forma aggregata u għal kull kunsinna, kif ukoll mezzi ta’ trasport, relatati ma’:
|
(a) |
merkanzija mdaħħla fl-Irlanda ta’ Fuq li b’rabta magħha ma kien hemm l-ebda ħlas ta’ dazji doganali f’konformità mal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 5(1) tal-Protokoll; |
|
(b) |
merkanzija mdaħħla fl-Irlanda ta’ Fuq li b’rabta magħha ma kien hemm l-ebda ħlas ta’ dazji doganali f’konformità mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 5(1) tal-Protokoll; u |
|
(c) |
merkanzija mdaħħla fl-Irlanda ta’ Fuq li fir-rigward tagħha d-dazji doganali pagabbli kienu f’konformità mat-Tariffa Doganali Komuni tal-Unjoni. |
2. Ir-Renju Unit għandu jipprovdi l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 fil-15-il jum tax-xogħol tax-xahar wara dak li għalih tkun qed tiġi pprovduta l-informazzjoni.
3. L-informazzjoni għandha tiġi pprovduta bl-użu ta’ tekniki elettroniċi għall-ipproċessar tad-data.
4. Fuq talba tar-rappreżentanti tal-Unjoni msemmija fid-Deċiżjoni 6/2020 tal-Kumitat Konġunt tas-17 ta’ Diċembru 2020 li tipprovdi l-arranġamenti prattiċi ta’ ħidma relatati mal-eżerċizzju tad-drittijiet tar-rappreżentanti tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 12(2) tal-Protokoll dwar l-Irlanda/Irlanda ta’ Fuq, u mill-inqas darbtejn fis-sena, l-awtoritajiet kompetenti tar-Renju Unit għandhom jipprovdu informazzjoni f’forma aggregata u għal kull awtorizzazzjoni lil dawn ir-rappreżentanti dwar l-awtorizzazzjonijiet mogħtija skont l-Artikoli minn 5 sa 7, inkluż l-għadd tal-awtorizzazzjonijiet aċċettati, miċħuda u revokati.
5. It-trasferiment regolari tal-informazzjoni msemmi hawn fuq għandu jibda mill-aktar fis possibbli u mhux aktar tard mill-15 ta’ April 2021. L-ewwel trasferiment ta’ informazzjoni għandu jkopri l-informazzjoni għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2021 sa tmiem ix-xahar qabel it-trasferiment.
Artikolu 9
Rieżami u terminazzjoni
Jekk waħda mill-Partijiet tqis li jkun hemm devjazzjoni sinifikanti tat-traffiku kummerċjali, jew frodi jew attivitajiet illegali oħra, dik il-Parti għandha tinforma lill-Parti l-oħra fil-Kumitat Konġunt sal-1 ta’ Awwissu 2023, u l-Partijiet għandhom jagħmlu ħilithom kollha biex isibu soluzzjoni reċiprokament sodisfaċenti għall-kwistjoni. Jekk il-Partijiet ma jsibux deċiżjoni reċiprokament sodisfaċenti, l-Artikoli 3(1)(a)(ii), 3(1)(b)(ii) u minn 5 sa 8 ta’ din id-Deċiżjoni għandhom jieqfu japplikaw mill-1 ta’ Awwissu 2024, sakemm il-Kumitat Konġunt ma jiddeċidix qabel l-1 ta’ April 2024 li jkompli l-applikazzjoni tagħhom.
Fil-każ li l-Artikoli 3(1)(a)(ii), 3(1)(b)(ii) u minn 5 sa 8 ta’ din id-deċiżjoni jieqfu japplikaw f’konformità mal-ewwel subparagrafu, il-Kumitat Konġunt għandu jemenda din id-Deċiżjoni sal-1 ta’ Awwissu 2024 biex jagħmel dispożizzjonijiet alternattivi xierqa applikabbli mill-1 ta’ Awwissu 2024, huwa u jikkunsidra ċ-ċirkostanzi speċifiċi fl-Irlanda ta’ Fuq u b’rispett sħiħ tal-post tal-Irlanda ta’ Fuq fit-territorju doganali tar-Renju Unit.
Artikolu 10
Dħul fis-seħħ
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2021.
Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Diċembru 2020.
Għall-Kumitat Konġunt
Il-Kopresidenti
Maroš ŠEFČOVIČ
Michael GOVE
(1) Ir-Regolament (KE) 638/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 fuq l-istatistiċi Komunitarji rigward il-kummerċ ta’ merkanzija bejn Stati Membri u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3330/91 (ĠU L102, 7.4.2004, p. 1)
(2) Ir-Regolament (KE) Nru 471/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Mejju 2009 dwar statistika Komunitarja relatata mal-kummerċ estern ma’ pajjiżi li mhumiex membri u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1172/95 (ĠU L 152, 16.6.2009, p. 23).
ANNESS
Applikazzjoni għal awtorizzazzjoni biex tiddaħħal merkanzija fl-Irlanda ta’ Fuq għall-konsumaturi aħħarin (Imsemmija fl-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni)
INFORMAZZJONI TAL-APPLIKAZZJONI
1. Dokumenti ta’ prova
Dokumenti ta’ prova u informazzjoni mandatorji li għandhom jiġu pprovduti mill-applikanti kollha:
Dokument ta’ stabbiliment/prova ta’ stabbiliment permanenti ta’ negozju
2. Dokumenti ta’ prova u informazzjoni oħrajn li għandhom jiġu pprovduti mill-applikanti:
Kwalunkwe dokument ieħor ta’ sostenn jew informazzjoni li titqies rilevanti għall-verifika tal-konformità tal-applikant mal-kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 6 u 7 tad-Deċiżjoni.
Agħti informazzjoni dwar it-tip u, jekk applikabbli, in-numru ta’ identifikazzjoni u/jew id-data tal-ħruġ tad-dokument(i) ta’ prova mehmuż(a) mal-applikazzjoni jew mad-deċiżjoni. Indika wkoll l-għadd totali ta’ dokumenti mehmuża.
3. Data u firma tal-applikant
L-applikazzjonijiet li jsiru bl-użu ta’ tekniċi elettroniċi tal-ipproċessar tad-data għandhom jiġu awtentikati mill-persuna li tippreżenta l-applikazzjoni.
Data li fiha l-applikant ikun iffirma jew awtentika b’mod ieħor l-applikazzjoni.
Dettalji tal-applikant
4. Applikant
L-applikant huwa l-persuna li tapplika għand l-awtoritajiet doganali għal deċiżjoni.
Daħħal l-isem u l-indirizz tal-persuna kkonċernata.
5. Numru tal-identifikazzjoni tal-applikant
L-applikant huwa l-persuna li tapplika għand l-awtoritajiet doganali għal deċiżjoni.
Daħħal in-numru tar-Reġistrazzjoni u tal-Identifikazzjoni tal-Operaturi Ekonomiċi (in-numru EORI) tal-persuna kkonċernata, kif previst fl-Artikolu 1(18) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/2446 (1).
6. L-istatus legali tal-applikant
L-istatus legali kif imsemmi fid-dokument ta’ stabbiliment.
7. Numru/i ta’ identifikazzjoni tal-VAT
Meta jkun assenjat, daħħal in-numru ta’ identifikazzjoni tal-VAT.
8. Attivitajiet kummerċjali
Daħħal informazzjoni dwar l-attività kummerċjali tal-applikant. Iddeskrivi fil-qosor l-attività kummerċjali tiegħek u għid x’inhu r-rwol tiegħek fil-katina ta’ provvista (eż. manifattur tal-prodotti, importatur, bejjiegħ bl-imnut, eċċ.) Iddeskrivi:
|
— |
l-użu maħsub tal-merkanzija importata, inkluża deskrizzjoni tat-tip ta’ merkanzija u jekk jgħaddux minn xi tip ta’ proċessar. |
|
— |
stima tal-għadd ta’ dikjarazzjonijiet doganali għar-rilaxx għal ċirkolazzjoni libera għall-merkanzija kkonċernata li għandha ssir kull sena. |
|
— |
it-tip ta’ rekords, sistemi u kontrolli stabbiliti biex jappoġġjaw l-impenn fl-Artikolu 6(b). |
9. Fatturat Annwali
Għall-finijiet tal-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni, daħħal il-fatturat annwali għas-sena finanzjarja sħiħa l-aktar reċenti Jekk negozju stabbilit ġdid jipprovdi tali rekords u informazzjoni kif rilevanti biex tkun tista’ ssir valutazzjoni tal-fatturat antiċipat eż. l-aħħar previżjonijiet tal-fluss tal-flus, tal-karta tal-bilanċ u tal-profitt u t-telf, approvat mid-diretturi/sħab/proprjetarju uniku.
10. Il-persuna ta’ kuntatt responsabbli għall-applikazzjoni
Il-persuna ta’ kuntatt għandha tkun responsabbli biex iżżomm kuntatt mad-dwana rigward l-applikazzjoni.
Daħħal l-isem tal-persuna ta’ kuntatt u kwalunkwe wieħed minn dawn li ġejjin: numru tat-telefon, indirizz tal-posta elettronika (preferibbilment ta’ indirizz funzjonali)
11. Persuna responsabbli għall-kumpanija applikanti jew li teżerċita kontroll fuq il-ġestjoni tagħha
Għall-finijiet tal-Artikolu 7(b) tad-Deċiżjoni, daħħal l-isem/ismijiet u d-dettalji sħaħ tal-persuna/i kkonċernata/i skont l-istabbiliment/forma legali tal-kumpanija applikanti, b’mod partikolari: id-direttur/maniġer tal-kumpanija u d-diretturi tal-bord, jekk ikun hemm. Id-dettalji jenħtieġ li jinkludu: l-isem u l-indirizz sħaħ, id-data tat-twelid u n-Numru ta’ Identifikazzjoni Nazzjonali.
Dati, żminijiet, perjodi u postijiet
12. Data tal-istabbiliment
B’numri – il-jum, ix-xahar u s-sena ta’ stabbiliment.
13. L-indirizz ta’ stabbiliment/l-indirizz ta’ residenza
Indirizz sħiħ tal-post fejn il-persuna hija stabbilita/tirrisjedi, inkluż l-identifikatur tal-pajjiż jew territorju.
14. Post fejn jinżammu r-rekords
Daħħal l-indirizz sħiħ tal-post(ijiet) fejn jinżammu jew fejn ikun maħsub li jinżammu r-rekords tal-applikant. Il-UN/LOCODE jista’ jissostitwixxi l-indirizz, jekk jagħti identifikazzjoni ċara tal-post ikkonċernat.
15. Il-post(ijiet) ta’ ipproċessar jew ta’ użu
Indika l-indirizz tal-post(ijiet) fejn se jiġu pproċessati l-oġġetti, fejn applikabbli, u mibjugħa lill-konsumaturi aħħarin.
(1) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/2446 tat-28 ta’ Lulju 2015 li jissupplementa r-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ regoli dettaljati li jikkonċernaw uħud mid-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 343, 28.12.2015, p. 1).