30.12.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 443/3 |
DEĊIŻJONI Nru 3/2020 TAL-KUMITAT KONĠUNT STABBILIT PERMEZZ TAL-FTEHIM DWAR IL-ĦRUĠ TAR-RENJU UNIT TAL-GRAN BRITTANJA U L-IRLANDA TA’ FUQ MILL-UNJONI EWROPEA U L-KOMUNITÀ TAL-ENERĠIJA ATOMIKA EWROPEA
tas-17 ta’ Diċembru 2020
li temenda l-Protokoll dwar l-Irlanda u l-Irlanda ta’ Fuq tal-Ftehim dwar il-Ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika [2020/2247]
IL-KUMITAT KONĠUNT,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (“il-Ftehim dwar il-Ħruġ”), u b’mod partikolari l-Artikolu 164(5)(d) tiegħu,
Billi:
(1) |
Il-punt (d) tal-Artikolu 164(5) tal-Ftehim dwar il-Ħruġ jagħti s-setgħa lill-Kumitat Konġunt stabbilit skont l-Artikolu 164(1) tiegħu (“il-Kumitat Konġunt”) li jadotta deċiżjonijiet li jemendaw il-Ftehim dwar il-Ħruġ, dment li tali emendi jkunu meħtieġa biex jikkoreġu żbalji, biex jindirizzaw ommissjonijiet jew nuqqasijiet oħrajn, jew biex jindirizzaw sitwazzjonijiet li ma kinux previsti meta ġie ffirmat il-Ftehim, u dment li tali deċiżjonijiet ma jemendawx l-elementi essenzjali ta’ dak il-Ftehim. Skont l-Artikolu 166(2) tal-Ftehim dwar il-Ħruġ, id-deċiżjonijiet adottati mill-Kumitat Konġunt huma vinkolanti għall-Unjoni u għar-Renju Unit. L-Unjoni u r-Renju Unit iridu jimplimentaw it-tali deċiżjonijiet, li jkollhom l-istess effett legali tal-Ftehim dwar il-Ħruġ. |
(2) |
Skont l-Artikolu 182 tal-Ftehim dwar il-Ħruġ, il-Protokoll dwar l-Irlanda/l-Irlanda ta’ Fuq (“il-Protokoll”) jifforma parti integrali minn dak il-Ftehim. |
(3) |
Żewġ atti legali dwar il-prestazzjoni tal-emissjonijiet ta’ CO2 ta’ karozzi u vannijiet ġodda rreġistrati fl-Unjoni li huma elenkati taħt l-intestatura 9 tal-Anness 2 tal-Protokoll u li saru applikabbli għar-Renju Unit u fir-Renju Unit fir-rigward tal-Irlanda ta’ Fuq permezz tal-Artikolu 5(4) ta’ dak il-Protokoll, mhumiex relatati mat-tqegħid fis-suq ta’ tali vetturi fl-Unjoni. Għalhekk għandhom jitneħħew mill-Anness 2 tal-Protokoll; |
(4) |
Tmien atti legali li huma essenzjali għall-applikazzjoni tar-regoli tas-suq intern għall-prodotti fir-rigward tal-Irlanda ta’ Fuq u li tħallew barra fiż-żmien tal-adozzjoni, għandhom jiżdiedu mal-Anness 2 tal-Protokoll. |
(5) |
Sabiex jiġi ċċarat il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ ċerti atti diġà elenkati fl-Anness 2 għall-Protokoll, għandhom jiżdiedu tliet noti ma’ dak l-Anness; |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI
Artikolu 1
L-Anness 2 tal-Protokoll għandu jiġi emendat kif ġej:
1. |
taħt l-intestatura “9. Vetturi bil-mutur, inklużi tratturi għall-agrikoltura u għall-forestrija”, l-annotazzjonijiet li ġejjin għandhom jitħassru:
|
2. |
taħt l-intestatura “6. Regolamenti dwar salvagwardji bilaterali”, għandha tiżdied l-entrata li ġejja:
|
3. |
taħt l-intestatura “23. Sustanzi kimiċi u relatati”, għandha tiżdied l-entrata li ġejja:
|
4. |
taħt l-intestatura “25. Skart”, għandha tiżdied l-entrata li ġejja:
|
5. |
taħt l-intestatura “29. Ikel - ġenerali”, għandha tiżdied l-entrata li ġejja:
|
6. |
taħt l-intestatura “42. Materjal riproduttiv tal-pjanti”, għandhom jiżdiedu l-entrati li ġejjin:
|
7. |
taħt l-intestatura “47. Oħrajn”, għandha tiżdied l-entrata li ġejja:
|
8. |
taħt l-intestatura “4. Aspetti ġenerali relatati mal-kummerċ”, wara l-entrata għar-“Regolament (UE) Nru 978/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 li japplika skema ta’ preferenzi tariffarji ġeneralizzati u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 732/2008”, għandha tiddaħħal in-nota li ġejja: “Mingħajr preġudizzju għall-fatt li l-preferenzi tariffarji għal pajjiżi eliġibbli skont is-Sistema Ġenerali ta’ Preferenzi tal-Unjoni għandhom ikunu applikabbli fir-Renju Unit fir-rigward tal-Irlanda ta’ Fuq:
|
9. |
taħt l-intestatura “5. Strumenti għad-difiża tan-negozju”, direttament taħt l-intestatura, għandha tiddaħħal in-nota li ġejja: “Mingħajr preġudizzju għall-fatt li l-miżuri ta’ difiża tal-kummerċ tal-Unjoni għandhom ikunu applikabbli fir-Renju Unit fir-rigward tal-Irlanda ta’ Fuq, ir-referenzi għal “Stati Membri” jew “l-Unjoni” fir-Regolament (UE) 2016/1036, ir-Regolament (UE) 2016/1037, ir-Regolament (UE) 2015/478 u r-Regolament 2015/755 ma għandhomx jinqraw li jinkludu lir-Renju Unit fir-rigward tal-Irlanda ta’ Fuq. Barra minn hekk, l-importaturi li ħallsu dazji antidumping jew kumpensatorji tal-Unjoni fuq l-importazzjoni ta’ oġġetti li kienu rilaxxati mid-dwana fl-Irlanda ta’ Fuq jistgħu jitolbu biss għal rifużjoni ta’ dazji bħal dawn skont l-Artikolu 11(8) tar-Regolament (UE) 2016/1036 jew l-Artikolu 21 tar-Regolament (UE) 2016/1037, rispettivament.”; |
10. |
taħt l-intestatura “6. Regolamenti dwar salvagwardji bilaterali”, direttament taħt l-intestatura, għandha tiddaħħal in-nota li ġejja: “Mingħajr preġudizzju għall-fatt li l-miżuri ta’ salvagwardja bilaterali tal-Unjoni japplikaw fir-Renju Unit fir-rigward tal-Irlanda ta’ Fuq, ir-referenzi għal “Stati Membri” jew “l-Unjoni” fir-regolamenti elenkati hawn taħt ma għandhomx jinqraw li jinkludu lir-Renju Unit fir-rigward tal-Irlanda ta’ Fuq.”; |
11. |
taħt l-intestatura “25. Skart”, wara l-entrata għad-“Direttiva (UE) 2019/904 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Ġunju 2019 dwar it-tnaqqis tal-impatt ta’ ċerti prodotti tal-plastik fuq l-ambjent”, għandha tiddaħħal in-nota li ġejja: “Fir-rigward tal-applikazzjoni ta’ dawk l-Artikoli u l-Partijiet għar-Renju Unit u fir-Renju Unit fir-rigward tal-Irlanda ta’ Fuq, kwalunkwe referenza għat-“ 3 ta’ Lulju 2021 ” fl-Artikoli 4(1), 14 u 17(1) għandha tinqara bħala “ 1 ta’ Jannar 2022 ”. L-Artikoli 2, 3, 14 u 17, u l-Parti F tal-Anness, għandhom japplikaw biss sa fejn jirrigwardaw l-Artikoli 4 sa 7.”. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara d-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Diċembru 2020.
Għall-Kumitat Konġunt
Il-Kopresidenti
Maroš ŠEFČOVIČ
Michael GOVE
(3) ĠU L 155, 12.6.2019, p. 1.
(4) ĠU L 334, 16.12.2011, p. 1.
(5) ĠU 125, 11.7.1966, p. 2298.