|
5.11.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 368/15 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 115/2018
tal-31 ta’ Mejju 2018
li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2020/1617]
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim dwar iż-ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/837 tas-17 ta' Mejju 2017 li jikkoreġi l-verżjonijiet bil-lingwa Pollakka u dik Svediża tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/1998 li jistipula miżuri dettaljati għall-implimentazzjoni tal-istandards bażiċi komuni dwar is-sigurtà tal-avjazzjoni (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE. |
|
(2) |
Jenħtieġ għalhekk, li l-Anness XIII tal-Ftehim dwar iż-ŻEE jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-inċiż segwenti jiżdied fil-punt 66he (ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1998) tal-Anness XIII tal-Ftehim dwar iż-ŻEE:
|
“— |
32017 R 0837: Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 2017/837 tas-17 ta' Mejju 2017 (ĠU L 125, 18.5.2017, p. 3).” |
Artikolu 2
It-test tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/837 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġi ppubblikat fis-Suppliment dwar iż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Ġunju 2018, ladarba jkunu saru l-avviżi kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (*1).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.
Magħmul fi Brussell, il-31 ta’ Mejju 2018.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Claude MAERTEN
(1) ĠU L 125, 18.5.2017, p. 3.
(*1) Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.