10.8.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 259/40


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL KONĠUNT UE-MESSIKU Nru 1/20

tal-31 ta’ Lulju 2020

li temenda d-Deċiżjoni Nru 2/2000 [2020/1180]

IL-KUNSILL KONĠUNT,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar Sħubija Ekonomika, Koordinazzjoni Politika u Kooperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u l-Istati Uniti Messikani, min-naħa l-oħra (1) (il-“Ftehim Globali”), u b’mod partikolari l-Artikoli 5 u 10 flimkien mal-Artikolu 47 tiegħu,

Billi:

(1)

Wara l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja (“il-Kroazja”) mal-Unjoni Ewropea fl-1 ta’ Lulju 2013, it-Tielet Protokoll Addizzjonali tal-Ftehim Globali ġie ffirmat fi Brussell, is-27 ta’ Novembru 2018 u sar applikabbli mill-1 ta’ Marzu 2020.

(2)

Fid-dawl ta’ dak, jenħtieġ li jiġu adattati, b’effett mid-data li fiha l-Kroazja aċċediet għall-Ftehim Globali, ċerti dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni Nru 2/2000 (2), kif emendata mid-Deċiżjonijiet Nru 3/2004 (3) u Nru 2/2008 (4), li jikkonċernaw il-kummerċ f’merkanzija, iċ-ċertifikazzjoni tal-oriġini u l-akkwist pubbliku.

(3)

L-Artikoli 5, 6, 7, 10, u 47 tal-Ftehim Globali jagħtu s-setgħa lill-Kunsill Konġunt stabbilit taħt l-Artikolu 45 tal-Ftehim Globali biex jieħu deċiżjonijiet bl-għan li jinkisbu l-objettivi tal-Ftehim Globali, u b’mod partikolari biex jiddeċiedi dwar l-arranġamenti xierqa u kalendarju relattivament għall-kummerċ f’merkanzija, kummerċ f’servizzi u akkwist pubbliku,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1.   L-Anness I tad-Deċiżjoni Nru 2/2000 huwa emendat kif stipulat fl-Anness I ta’ din id-Deċiżjoni.

2.   Dan l-Artikolu ma jaffettwax il-kontenut tal-klawżola ta’ rieżami stabbilita fl-Artikolu 10 tad-Deċiżjoni Nru 2/2000.

Artikolu 2

L-Artikoli 17(4) u 18(2) u l-Appendiċi IV tal-Anness III tad-Deċiżjoni Nru 2/2000 huma emendati kif stipulat fl-Anness II ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 3

1.   L-entitajiet tal-Kroazja elenkati fl-Anness III ta’ din id-Deċiżjoni jiżdiedu mat-taqsimiet rilevanti tal-Parti B tal-Anness VI tad-Deċiżjoni Nru 2/2000.

2.   Il-pubblikazzjonijiet tal-Kroazja elenkati fl-Anness IV ta’ din id-Deċiżjoni jiżdiedu mal-Parti B tal-Anness XIII tad-Deċiżjoni Nru 2/2000.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Hija għandha tapplika b’effett mid-data li fiha l-Kroazja aċċediet għall-Ftehim Globali.

Magħmul fi Brussell, il-31 ta’ Lulju 2020.

Għall-Kunsill Konġunt

Il-President

J. BORRELL FONTELLES


(1)   ĠU L 276, 28.10.2000, p. 45.

(2)  Deċiżjoni tal-Kunsill Konġunt KE-Messiku Nru 2/2000 tat-23 ta’ Marzu 2000 (ĠU L 157, 30.6.2000, p. 10).

(3)  Deċiżjoni tal-Kunsill Konġunt KE-Messiku Nru 3/2004 tad-29 ta’ Lulju 2004 li temenda d-Deċizjoni tal-Kunsill Konġunt Nru 2/2000 tat-23 ta’ Marzu 2000 (ĠU L 293, 16.9.2004, p. 15).

(4)  Deċiżjoni tal-Kunsill Konġunt UE-Messiku Nru 2/2008 tal-25 ta’ Lulju 2008 li temenda d-Deċizjoni tal-Kunsill Konġunt Nru 2/2000, kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill Konġunt Nru 3/2004 (ĠU L 198, 26.7.2008, p. 55).


ANNESS I

SKEDA TA’ ELIMINAZZJONI TA’ TARIFFI TAL-KOMUNITÀ

Dan li ġej jiddaħħal fl-Anness I tad-Deċiżjoni Nru 2/2000:

“Kodiċi NM

Deskrizzjoni

Kwantità tal-kwota tariffarja annwali

Rata tad-dazju tal-kwota tariffarja

0803 00 19

Banana, friska (minbarra pjantaġġini)

2 010 tunnellati (*1)

EUR 70/tunnellata


(*1)  Din il-kwota tariffarja annwali għandha tkun miftuħa mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru ta’ kull sena kalendarja. Madankollu, hija għandha tiġi applikata għall-ewwel darba mit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.”


ANNESS II

VERŻJONIJIET LINGWISTIĊI ĠODDA TA’ RIMARKI AMMINISTRATTIVI U D-“DIKJARAZZJONI FUQ IL-FATTURA” FL-ANNESS III TAD-DEĊIŻJONI NRU 2/2000

L-Anness III tad-Deċiżjoni Nru 2/2000 huwa emendat kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 17, il-paragrafu 4 jinbidel b’dan li ġej:

“4.   Iċ-ċertifikati ta’ moviment EUR.1 maħruġa b’mod retrospettiv iridu jkunu annotati b’waħda minn dawn il-frażijiet li ġejjin:

 

BG “ИЗДАДЕН ВПОСЛЕДСТВИЕ”

 

ES “EXPEDIDO A POSTERIORI”

 

CS “VYSTAVENO DODATEČNE”

 

DA “UDSTEDT EFTERFØLGENDE”

 

DE “NACHTRÄGLICH AUSGESTELLT”

 

ET “TAGANTJÄRELE VÄLJA ANTUD”

 

EL “ΕΚΔΟΘΕΝ ΕΚ ΤΩΝ ΥΣΤΕΡΩΝ”

 

EN “ISSUED RETROSPECTIVELY”

 

FR “DÉLIVRÉ A POSTERIORI”

 

HR “NAKNADNO IZDANO”

 

IT “RILASCIATO A POSTERIORI”

 

LV “IZSNIEGTS RETROSPEKTĪVI”

 

LT “RETROSPEKTYVUSIS IŠDAVIMAS”

 

HU “KIADVA VISSZAMENŐLEGES HATÁLLYAL”

 

MT “MAĦRUĠ RETROSPETTIVAMENT”

 

NL “AFGEGEVEN A POSTERIORI”

 

PL “WYSTAWIONE RETROSPEKTYWNIE”

 

PT “EMITIDO A POSTERIORI”

 

RO “EMIS A POSTERIORI”

 

SK “VYDANÉ DODATOČNE”

 

SL “IZDANO NAKNADNO”

 

FI “ANNETTU JÄLKIKÄTEEN”

 

SV “UTFÄRDAT I EFTERHAND” ”;

(2)

fl-Artikolu 18, il-paragrafu 2 jinbidel b’dan li ġej:

“2.   Id-duplikat maħruġ skont il-paragrafu 1 irid ikun annotat b’waħda mill-kelmiet li ġejjin:

 

BG “ДУБЛИКАТ”

 

ES “DUPLICADO”

 

CS “DUPLIKÁT”

 

DA “DUPLIKAT”

 

DE “DUPLIKAT”

 

ET “DUPLIKAAT”

 

EL “ΑΝΤΙΓΡΑΦΟ”

 

EN “DUPLICATE”

 

FR “DUPLICATA”

 

HR “DUPLIKAT”

 

IT “DUPLICATO”

 

LV “DUBLIKĀTS”

 

LT “DUBLIKATAS”

 

HU “MÁSODLAT”

 

MT “DUPLIKAT”

 

NL “DUPLICAAT”

 

PL “DUPLIKAT”

 

PT “SEGUNDA VIA”

 

RO ‘DUPLICAT’

 

SK “DUPLIKÁT”

 

SL “DVOJNIK”

 

FI “KAKSOISKAPPALE”

 

SV “DUPLIKAT” ”;

(3)

dan li ġej jiżdied mal-Appendiċi IV wara l-verżjoni Franċiża:

“Verżjoni Kroata

Izvoznik proizvoda obuhvaćenih ovom ispravom (carinsko ovlaštenje br. ... (1)) izjavljuje da su, osim ako je drukčije izričito navedeno, ovi proizvodi ... (2) preferencijalnog podrijetla.

(1)  Meta d-dikjarazzjoni fuq il-fattura ssir minn esportatur approvat skont it-tifsira tal-Artikolu 21 ta’ dan l-Anness, in-numru tal-awtorizzazzjoni tal-esportatur approvat irid jitniżżel f’dan l-ispażju."

(2)  Meta d-dikjarazzjoni fuq il-fattura ma ssirx minn esportatur approvat, il-kliem fil-parenteżi għandu jitħalla barra jew l-ispazju jitħalla vojt. L-oriġini tal-prodotti trid tiġi indikata. Meta d-dikjarazzjoni fuq il-fattura tirrigwarda, kompletament jew parzjalment, prodotti li joriġinaw f’Ceuta u Melilla, skont is-sens tal-Artikolu 37 ta’ dan l-Anness, l-esportatur irid jindikahom b’mod ċar fid-dokument li fih issir id-dikjarazzjoni permezz tas-simbolu “CM”.”."


(1)  Meta d-dikjarazzjoni fuq il-fattura ssir minn esportatur approvat skont it-tifsira tal-Artikolu 21 ta’ dan l-Anness, in-numru tal-awtorizzazzjoni tal-esportatur approvat irid jitniżżel f’dan l-ispażju.

(2)  Meta d-dikjarazzjoni fuq il-fattura ma ssirx minn esportatur approvat, il-kliem fil-parenteżi għandu jitħalla barra jew l-ispazju jitħalla vojt. L-oriġini tal-prodotti trid tiġi indikata. Meta d-dikjarazzjoni fuq il-fattura tirrigwarda, kompletament jew parzjalment, prodotti li joriġinaw f’Ceuta u Melilla, skont is-sens tal-Artikolu 37 ta’ dan l-Anness, l-esportatur irid jindikahom b’mod ċar fid-dokument li fih issir id-dikjarazzjoni permezz tas-simbolu “CM”.”.”


ANNESS III

ENTITAJIET TAL-GVERN ĊENTRALI

1.   

L-entitajiet tal-gvern ċentrali li ġejjin jiżdiedu mat-Taqsima 1 tal-Parti B tal-Anness VI tad-Deċiżjoni Nru 2/2000:

“AC – Il-Kroazja

1.

Il-Parlament Kroat

Hrvatski Sabor

2

Il-President tar-Repubblika tal-Kroazja

Predsjednik Republike Hrvatske

3

L-Uffiċċju tal-President tar-Repubblika tal-Kroazja

Ured predsjednika Republike Hrvatske

4

L-Uffiċċju tal-President tar-Repubblika tal-Kroazja wara l-iskadenza tat-terminu tal-uffiċċju

Ured predsjednika Republike Hrvatske po prestanku obnašanja dužnosti

5

Il-Gvern tar-Repubblika tal-Kroazja

Vlada Republike Hrvatske

6

L-Uffiċċji tal-Gvern tar-Repubblika tal-Kroazja

uredi Vlade Republike Hrvatske

7

Il-Ministeru tal-Ekonomija

Ministarstvo gospodarstva

8

Il-Ministeru tal-Iżvilupp Reġjonali u tal-Fondi tal-UE

Ministarstvo regionalnoga razvoja i fondova Europske unije

9

Il-Ministeru tal-Finanzi

Ministarstvo financija

10

Il-Ministeru tad-Difiża

Ministarstvo obrane

11

Il-Ministeru tal-Affarijiet Barranin u Ewropej

Ministarstvo vanjskih i europskih poslova

12

Il-Ministeru tal-Intern

Ministarstvo unutarnjih poslova

13

Ministeru tal-Ġustizzja

Ministarstvo pravosuđa

14

Il-Ministeru tal-Amministrazzjoni Pubblika

Ministarstvo uprave

15

Il-Ministeru tal-Imprenditorija u l-Artiġjanat

Ministarstvo poduzetništva i obrta

16

Il-Ministeru tax-Xogħol u s-Sistema tal-Pensjonijiet

Ministarstvo rada i mirovinskoga sustava

17

Il-Ministeru għall-Affarijiet Marittimi, it-Trasport u l-Infrastruttura

Ministarstvo pomorstva, prometa i infrastrukture

18

Il-Ministeru tal-Agrikoltura

Ministarstvo poljoprivrede

19

Il-Ministeru tat-Turiżmu

Ministarstvo turizma

20

Il-Ministeru tal-Ħarsien Ambjentali u tan-Natura

Ministarstvo zaštite okoliša i prirode

21

Il-Ministeru tal-Kostruzzjoni u l-Ippjanar Fiżiku

Ministarstvo graditeljstva i prostornoga uređenja

22

Il-Ministeru għall-Affarijiet tal-Veterani

Ministarstvo branitelja

23

Il-Ministeru tal-Politika Soċjali u ż-Żgħażagħ

Ministarstvo socijalne politike i mladih

24

Il-Ministeru tas-Saħħa

Ministarstvo zdravlja

25

Il-Ministeru tax-Xjenza, l-Edukazzjoni u l-Isport

Ministarstvo znanosti, obrazovanja i sporta

26

Il-Ministeru tal-Kultura

Ministarstvo kulture

27

L-organizzazzjonijiet amministrattivi tal-istat

državne upravne organizacije

28

L-Uffiċċji tal-amministrazzjoni tal-istat tal-kontea

uredi državne uprave u županijama

29

Il-Qorti Kostituzzjonali tar-Repubblika tal-Kroazja

Ustavni sud Republike Hrvatske

30

Il-Qorti Suprema tar-Repubblika tal-Kroazja

Vrhovni sud Republike Hrvatske

31

Il-Qrati

sudovi

32

Il-Kunsill Ġudizzjarju tal-Istat

Državno sudbeno vijeće

33

L-Uffiċċji tal-Avukat tal-Istat

državna odvjetništva

34

Il-Kunsill tal-Prosekutur tal-Istat

Državno odvjetničko vijeće

35

L-uffiċċji tal-Ombudsman;

pravobraniteljstva

36

Il-Kummissjoni tal-Istat għas-Superviżjoni tal-Proċeduri tal-Akkwist Pubbliku

Državna komisija za kontrolu postupaka javne nabave

37

Il-Bank Nazzjonali Kroat

Hrvatska narodna banka

38

Aġenziji u uffiċċji tal-Istat

državne agencije i uredi

39

L-Uffiċċju tal-Awditjar tal-Istat’

Državni ured za reviziju”.

2.   

Il-korpi u kategoriji ta’ korpi li ġejjin jiżdiedu mal-Ehmża tat-Taqsima 2 tal-Parti B tal-Anness VI tad-Deċiżjoni Nru 2/2000:

‘(a)

ANNESS I

‘PRODUZZJONI, TRASPORT U DISTRIBUZZJONI TA’ ILMA GĦAX-XORB’:

‘IL-KROAZJA

Impriżi pubbliċi li huma entitajiet kontraenti msemmija fl-Artikolu 6 taż-Zakon o javnoj nabavi (Narodne novine broj 90/11, 83/13, 143/13 i 13/14) (l-Att dwar l-Akkwist Pubbliku, Gazzetta Uffiċjali Nru 90/11, 83/13, 143/13 u 13/14) li, skont regoli speċjali jeżerċitaw l-attività ta’ kostruzzjoni (tqegħid għad-dispożizzjoni) ta’ netwerks fissi jew il-ġestjoni ta’ netwerks fissi għall-forniment ta’ servizz pubbliku fir-rigward ta’ produzzjoni, trażmissjoni u distribuzzjoni ta’ ilma tax-xorb u l-provvista bl-ilma tax-xorb lil netwerks fissi; bħall-entitajiet stabbiliti mill-unitajiet tal-awtogvern lokali li jaġixxu bħala l-fornitur pubbliku tas-servizzi tal-provvista tal-ilma jew tas-servizzi tad-dranaġġ skont l-Att dwar l-Ilma (il-Gazzetta Uffiċjali 153/09, 63/11, 130/11, 53/13 u 14/14).’;

(b)

ANNESS II

‘PRODUZZJONI, TRASPORT U DISTRIBUZZJONI TAL-ELETTRIKU’:

‘IL-KROAZJA

Impriżi pubbliċi li huma entitajiet kontraenti msemmija fl-Artikolu 6 taż-Zakon o javnoj nabavi (Narodne novine broj 90/11, 83/13, 143/13 i 13/14) (l-Att dwar l-Akkwist Pubbliku, Gazzetta Uffiċjali Nru 90/11, 83/13, 143/13 u 13/14) li, skont regoli speċjali jeżerċitaw l-attività ta’ kostruzzjoni (tqegħid għad-dispożizzjoni) ta’ netwerks fissi jew il-ġestjoni ta’ netwerks fissi għall-forniment ta’ servizz pubbliku fir-rigward ta’ produzzjoni, trażmissjoni u distribuzzjoni ta’ enerġija tal-elettriku u l-provvista bl-enerġija tal-elettriku lil netwerks fissi; bħall-entitajiet li jeżerċitaw fl-imsemmija attivitajiet abbażi ta’ Liċenzja biex iwettqu attivitajiet tal-enerġija skont l-Att dwar l-Enerġija (il-Gazzetta Uffiċjali 120/12 u 14/14).’;

(c)

ANNESS VII

‘ENTITAJIET KONTRAENTI FIL-QASAM TA’ SERVIZZI TAL-FERROVIJA URBANA, TAT-TRAMM, TAT-TROLLEYBUS JEW TAL-LINJA’:

‘IL-KROAZJA

Impriżi pubbliċi li huma entitajiet kontraenti msemmija fl-Artikolu 6 taż-Zakon o javnoj nabavi (Narodne novine broj 90/11, 83/13, 143/13 i 13/14) (l-Att dwar l-Akkwist Pubbliku, Gazzetta Uffiċjali Nru 90/11, 83/13, 143/13 u 13/14) li skont regoli speċjali, jeżerċitaw l-attività li jagħmlu disponibbli n-netwerks jew li jiġestixxu n-netwerks għas-servizzi pubbliċi ta’ trasport bil-ferrovija urbana, sistemi awtomatizzati, tram, karozza tal-linja, trolleybus u funikular, bħall-entitajiet li jeżerċitaw l-attivitajiet imsemmija bħala servizz pubbliku skont l-Att dwar l-Utilitajiet (il-Gazzetta Uffiċjali 36/95, 70/97, 128/99, 57/00, 129/00, 59/01, 26/03, 82/04, 110/04, 178/04, 38/09, 79/09, 153/09, 49/11, 84/11, 90/11, 144/12, 94/13, 153/13 u 147/14).’;

(d)

ANNESS VIII

‘ENTITAJIET KONTRAENTI FIL-QASAM TAL-FAĊILITAJIET TAL-AJRUPORT’:

‘IL-KROAZJA

L-impriżi pubbliċi li huma awtoritajiet kontraenti msemmija fl-Artikolu 6 taċ-Zakon o javnoj nabavi (Narodne novine broj 90/11, 83/13, 143/13 i 13/14) (Att dwar l-Akkwist Pubbliku, il-Gazzetta Uffiċjali Nru 90/11, 83/13, 143/13 u 13/14) li, skont regoli speċjali, jeżerċitaw attività marbuta mal-isfruttament ta’ żona ġeografika, bil-għan li jpoġġu għad-dispożizzjoni tal-operaturi tat-trasport bl-ajru ajruporti u tagħmir ieħor ta’ terminals, bħall-entitajiet involuti f’attivitajiet imsemmija abbażi ta’ konċessjonijiet mogħtija skont l-Att dwar l-Ajruporti (il-Gazzetta Uffiċjali 19/98 u 14/11).’;

(e)

ANNESS IX

‘ENTITAJIET KONTRAENTI FIL-QASAM TAL-FAĊILITAJIET TA’ PORT MARITTIMU JEW INTERN JEW TA’ TERMINALI OĦRA’:

‘IL-KROAZJA

Impriżi pubbliċi li huma entitajiet kontraenti msemmijin fl-Artikolu 6 taċ-Zakon o javnoj nabavi (Narodne novine broj 90/11, 83/13, 143/13 i 13/14) (Att dwar l-Akkwist Pubbliku, Gazzetta Uffiċjali Nru 90/11, 83/13, 143/13 u 13/14) li, skont regoli speċjali, huma involuti f’attivitajiet li jirrigwardaw l-isfruttament ta’ żona ġeografika bil-għan li jpoġġu għad-dispożizzjoni tal-operaturi tat-trasport bil-baħar jew bix-xmara portijiet tal-baħar, portijiet tax-xmajjar u terminals oħra tat-trasport; bħall-entitajiet involuti f’attivitajiet imsemmija abbażi ta’ għoti ta’ konċessjonijiet skont l-Att dwar il-Qasam Marittimu u l-Portijiet tal-Baħar(il-Gazzetta Uffiċjali 158/03, 100/04, 141/06 u 38/09).’.


ANNESS IV

PUBBLIKAZZJONIJIET

Dan li ġej jiżdied mal-Parti B tal-Anness XIII tad-Deċiżjoni Nru 2/2000:

“Il-Kroazja

Avviżi:

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

Narodne Novine

Reklamar Elettroniku tal-Akkwist Pubbliku tar-Repubblika tal-Kroazja (https://eojn.nn.hr/Oglasnik/clanak/electronic-public-procurement-of-the-republic-of-croatia/0/81/)”.