|
2.7.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 210/39 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 70/2019
tad-29 ta’ Marzu 2019
li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, testijiet u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2020/823]
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/987 tas-27 ta’ April 2018 li jemenda u jikkoreġi r-Regolament Delegat (UE) 2017/655 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/1628 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-monitoraġġ tal-emissjonijiet ta’ inkwinanti gassużi mill-magni b’kombustjoni interna fis-servizz installati f’makkinarju mobbli mhux tat-triq (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE. |
|
(2) |
Jenħtieġ għalhekk, li l-Anness II tal-Ftehim ŻEE jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Dan li ġej jiżdied fil-punt 1 g (ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) 2017/655) tal-Kapitolu XXIV tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE:
|
|
“, kif emendata bi:
|
Artikolu 2
It-test tar-Regolament Delegat (UE) 2018/987 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġi ppubblikat fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-30 ta’ Marzu 2019, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.
Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Marzu 2019.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Claude MAERTEN
(1) ĠU L 182, 18.7.2018, p. 40.
(*1) Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.