2.7.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 210/29


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 62/2019

tad-29 ta’ Marzu 2019

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, testijiet u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2020/816]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/721 tas-16 ta’ Mejju 2018 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 37/2010 biex jikklassifika s-sustanza prolattina tal-ħnieżer f’dak li għandu x’jaqsam mal-limitu massimu ta’ residwi tagħha (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/722 tas-16 ta’ Mejju 2018 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 37/2010 biex jikklassifika s-sustanza eprinomektina f’dak li għandu x’jaqsam mal-limitu massimu ta’ residwi tagħha (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(3)

Jenħtieġ għalhekk, li l-Anness II tal-Ftehim ŻEE jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-inċiżi li ġejjin jiżdiedu fil-punt 13 (ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 37/2010) tal-Kapitolu XIII tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE:

“—

32018 R 0721: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/721 tas-16 ta’ Mejju 2018 (ĠU L 122, 17.5.2018, p. 5),

32018 R 0722: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/722 tas-16 ta’ Mejju 2018 (ĠU L 122, 17.5.2018, p. 8).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/721 u (UE) 2018/722 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li ser jiġu ppubblikati fis-Suppliment dwar iż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-30 ta’ Marzu 2019, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Marzu 2019.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Claude MAERTEN


(1)   ĠU L 122, 17.5.2018, p. 5.

(2)   ĠU L 122, 17.5.2018, p. 8.

(*1)  Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.