5.3.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 68/85


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 327/2019

tat-13 ta’ Diċembru 2019

li temenda l-Anness XXI (Statistika) tal-Ftehim ŻEE [2020/345]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) 2018/1091 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar l-istatistika integrata tal-azjendi agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 1166/2008 u (UE) Nru 1337/2011 (1) irid jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Ir-Regolament (UE) 2018/1091 iħassar ir-Regolament (KE) Nru 1166/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), li huwa inkorporat fil-Ftehim ŻEE u li konsegwentement irid jitħassar skont il-Ftehim ŻEE.

(3)

Għalhekk, jenħtieġ li l-Anness XXI tal-Ftehim ŻEE jiġi emendat kif meħtieġ,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

It-test tal-punt 23 (ir-Regolament (KE) Nru 1166/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Anness XXI tal-Ftehim ŻEE huwa sostitwit b’dan li ġej:

32018 R 1091: Ir-Regolament (UE) 2018/1091 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar l-istatistika integrata tal-azjendi agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 1166/2008 u (UE) Nru 1337/2011 (ĠU L 200, 7.8.2018, p. 1).

Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, id-dispożizzjonijiet tar-Regolament għandhom jinqraw bl-adattamenti li ġejjin:

(a)

L-Istati tal-EFTA ma għandhomx ikunu marbuta bl-analiżi reġjonali tad-data kif jeżiġi dan ir-Regolament.

(b)

L-Istati tal-EFTA ma għandhomx ikunu marbuta li jiġbru u jipprovdu data dwar l-implimentazzjoni ta’ miżuri assoċjati mal-modulu ‘Żvilupp rurali’ fl-Artikolu 7(b), mal-modulu ‘Ġnien tal-frott’ fl-Artikolu 7(g) u mal-Modulu ‘Vinja’ fl-Artikolu 7(h) u kif elenkat fl-Anness IV tar-Regolament, inkluża wkoll kull data ad-hoc li tissupplimenta t-tliet moduli msemmija minħabba l-Artikolu 9.

(c)

Dan ir-Regolament ma għandux japplika għal-Liechtenstein.”

Artikolu 2

It-test tar-Regolament (UE) 2018/1091 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġi ppubblikat fis-Suppliment dwar iż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-14 ta’ Diċembru 2019, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Diċembru 2019.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Gunnar PÁLSSON


(1)   ĠU L 200, 7.8.2018, p. 1.

(2)   ĠU L 321, 1.12.2008, p. 14.

(*1)  Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.