5.3.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 68/83


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 325/2019

tat-13 ta’ Diċembru 2019

li temenda l-Anness XX (L-Ambjent) tal-Ftehim ŻEE [2020/343]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1876 tad-29 ta’ Novembru 2018 dwar l-approvazzjoni tat-teknoloġija użata fl-alternaturi effiċjenti ta’ 12-il Volt għall-użu fil-vetturi kummerċjali ħfief li jaħdmu b’magni tal-kombustjoni konvenzjonali bħala teknoloġija innovattiva għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 mill-vetturi kummerċjali ħfief skont ir-Regolament (UE) Nru 510/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) trid tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Għalhekk, jenħtieġ li l-Anness XX tal-Ftehim ŻEE jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 21ayd (id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/582) tal-Anness XX tal-Ftehim ŻEE:

“21aye.

32018 D 1876: Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1876 tad-29 ta’ Novembru 2018 dwar l-approvazzjoni tat-teknoloġija użata fl-alternaturi effiċjenti ta’ 12-il Volt għall-użu fil-vetturi kummerċjali ħfief li jaħdmu b’magni tal-kombustjoni konvenzjonali bħala teknoloġija innovattiva għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 mill-vetturi kummerċjali ħfief skont ir-Regolament (UE) Nru 510/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 306, 30.11.2018, p. 53).”

Artikolu 2

It-test tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/1876 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġi ppubblikat fis-Suppliment dwar iż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-14 ta’ Diċembru 2019, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Diċembru 2019.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Gunnar PÁLSSON


(1)   ĠU L 306, 30.11.2018, p. 53.

(*1)  Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.