|
5.3.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 68/68 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 313/2019
tat-13 ta’ Diċembru 2019
li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2020/331]
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim dwar iż-ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1213 tat-12 ta’ Lulju 2019 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet dettaljati li jiżguraw kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tal-interoperabbiltà u tal-kompatibbiltà tat-tagħmir għall-użin abbord skont id-Direttiva tal-Kunsill 96/53/KE (1) għandu jkun inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ZEE. |
|
(2) |
Jinħtieġ għalhekk li l-Anness XIII tal-Ftehim dwar iż-ŻEE jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 15a (id-Direttiva tal-Kunsill 96/53/KE) tal-Anness XIII tal-Ftehim dwar iż-ŻEE:
|
“15b. |
32019 D 1213: ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1213 tat-12 ta’ Lulju 2019 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet dettaljati li jiżguraw kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tal-interoperabbiltà u tal-kompatibbiltà tat-tagħmir għall-użin abbord skont id-Direttiva tal-Kunsill 96/53/KE (ĠU L 192, 18.7.2019, p. 1).” |
Artikolu 2
It-test tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1213 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġi ppubblikat fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-14 ta’ Diċembru 2019, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (*1).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.
Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Diċembru 2019.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Gunnar PÁLSSON
(1) ĠU L 192, 18.7.2019, p. 1.
(*1) Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.