|
5.3.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 68/67 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 312/2019
tat-13 ta’ Diċembru 2019
li temenda l-Anness XI (Komunikazzjoni elettronika, servizzi awdjoviżivi u soċjetà tal-informazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2020/330]
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1345 tat-2 ta’ Awwissu 2019 li temenda d-Deċiżjoni 2006/771/KE biex taġġorna l-kundizzjoni tekniċi armonizzati fil-qasam tal-ispettru tar-radju għal użu ma’ tagħmir għal meded qosra (1) trid tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE. |
|
(2) |
Jenħtieġ għalhekk, li l-Anness XI tal-Ftehim ŻEE jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-inċiż li ġej jiżdied fil-punt 5cz (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/771/KE) tal-Anness XI tal-Ftehim ŻEE:
|
“— |
32019 D 1345: Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1345 tat-2 ta’ Awwissu 2019 (ĠU L 212, 13.8.2019, p. 53).” |
Artikolu 2
It-test tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1345 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġi ppubblikat fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-14 ta’ Diċembru 2019, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.
Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Diċembru 2019.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Gunnar PÁLSSON
(1) ĠU L 212, 13.8.2019, p. 53.
(*1) Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.