5.3.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 68/54


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 305/2019

tat-13 ta’ Diċembru 2019

li temenda l-Anness IX (Servizzi Finanzjarji) tal-Ftehim ŻEE [2020/323]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Direttiva (UE) 2017/2399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2017 li jemenda d-Direttiva (UE) 2014/59/UE fir-rigward tal-klassifikazzjoni tal-istrumenti ta’ dejn mhux garantiti fil-ġerarkija tal-insolvenza (1) trid tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Jenħtieġ għalhekk, li l-Anness IX tal-Ftehim ŻEE jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Dan li ġej jiżdied mal-punt 19b (id-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Anness IX tal-Ftehim ŻEE:

“kif emendat bi:

32017 L 2399: Id-Direttiva (UE) 2017/2399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2017 (ĠU L 345, 27.12.2017, p. 96).”

Artikolu 2

It-test tad-Direttiva (UE) 2017/2399 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġi ppubblikat fis-Suppliment dwar iż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-14 ta’ Diċembru 2019, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1), jew fil-jum tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 21/2018 tad-9 ta’ Frar 2018 (2), skont liema data tkun l-iżjed tard.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Diċembru 2019.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Gunnar PÁLSSON


(1)   ĠU L 345, 27.12.2017, p. 96.

(*1)  Hemm indikati rekwiżiti kostituzzjonali.

(2)   ĠU L 323, 12.12.2019, p. 41.