5.3.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 68/52


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 304/2019

tat-13 ta’ Diċembru 2019

li temenda l-Anness IX (Servizzi Finanzjarji) tal-Ftehim ŻEE [2020/322]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/2358 tal-21 ta’ Settembru 2017 li jissupplimenta d-Direttiva (UE) 2016/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti ta’ sorveljanza u ta’ governanza tal-prodotti għall-impriżi tal-assigurazzjoni u għad-distributuri tal-assigurazzjoni (1) jrid jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/2359 tal-21 ta’ Settembru 2017 li jissupplimenta d-Direttiva (UE) 2016/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ rekwiżiti ta’ informazzjoni u regoli tal-kondotta tal-operazzjonijiet applikabbli għad-distribuzzjoni ta’ prodotti ta’ investiment fl-assigurazzjoni (2) jrid jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(3)

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/541 tal-20 ta’ Diċembru 2017 li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2017/2358 u r-Regolament Delegat (UE) 2017/2359 f’dak li għandu x’jaqsam mad-dati ta’ applikazzjoni tagħhom (3) irid jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(4)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1469 tal-11 ta’ Awwissu 2017 li jistabbilixxi format ta’ preżentazzjoni standardizzat għad-dokument ta’ informazzjoni dwar il-prodotti tal-assigurazzjoni (4) jrid jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(5)

Jenħtieġ għalhekk, li l-Anness IX tal-Ftehim ŻEE jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-punti li ġejjin jiddaħħlu wara l-punt 13e (id-Direttiva (UE) 2016/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Anness IX tal-Ftehim ŻEE:

“13ea.

32017 R 1469: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1469 tal-11 ta’ Awwissu 2017 li jistabbilixxi format ta’ preżentazzjoni standardizzat għad-dokument ta’ informazzjoni dwar il-prodotti tal-assigurazzjoni (ĠU L 209, 12.8.2017, p. 19).

13eb.

32017 R 2358: Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/2358 tal-21 ta’ Settembru 2017 li jissupplimenta d-Direttiva (UE) 2016/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti ta’ sorveljanza u ta’ governanza tal-prodotti għall-impriżi tal-assigurazzjoni u għad-distributuri tal-assigurazzjoni (ĠU L 341, 20.12.2017, p. 1), kif emendat bi:

32018 R 0541: Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/541 tal-20 ta’ Diċembru 2017 (ĠU L 90, 6.4.2018, p. 59).

13ec.

32017 R 2359: Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/2359 tal-21 ta’ Settembru 2017 li jissupplimenta d-Direttiva (UE) 2016/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ rekwiżiti ta’ informazzjoni u regoli tal-kondotta tal-operazzjonijiet applikabbli għad-distribuzzjoni ta’ prodotti ta’ investiment fl-assigurazzjoni (ĠU L 341, 20.12.2017, p. 8), kif emendat bi:

32018 R 0541: Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/541 tal-20 ta’ Diċembru 2017 (ĠU L 90, 6.4.2018, p. 59).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolamenti Delegati (UE) 2017/2358, (UE) 2017/2359, (UE) 2018/541 u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/1469 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġu ppubblikati fis-Suppliment dwar iż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-14 ta’ Diċembru 2019, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1), jew fil-jum tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 214/2018 tas-26 ta’ Ottubru 2018 (5), skont liema data tkun l-iżjed tard.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Diċembru 2019.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Gunnar PÁLSSON


(1)   ĠU L 341, 20.12.2017, p. 1.

(2)   ĠU L 341, 20.12.2017, p. 8.

(3)   ĠU L 90, 6.4.2018, p. 59.

(4)   ĠU L 209, 12.8.2017, p. 19.

(*1)  Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.

(5)  Għadha mhux ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.