5.3.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 68/46


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 302/2019

tat-13 ta’ Diċembru 2019

li temenda l-Anness V (Moviment liberu tal-ħaddiema) u l-Protokoll 31 (dwar koperazzjoni f’oqsma speċifiċi barra mill-erba’ libertajiet) tal-Ftehim taż-ŻEE [2020/320]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikoli 86 u 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) 2016/589 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ April 2016 dwar netwerk Ewropew ta’ servizzi tal-impjiegi (EURES), aċċess tal-ħaddiema għas-servizzi ta’ mobilità u integrazzjoni ulterjuri tas-swieq tax-xogħol u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 492/2011 u (UE) Nru 1296/2013 (1) irid jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/716 tal-11 ta’ Mejju 2016 li tħassar id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2012/733/UE li timplementa r-Regolament (UE) Nru 492/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-approvazzjoni ta’ postijiet tax-xogħol battala u applikazzjonijiet għall-impjieg u l-istabbiliment mill-ġdid tal-EURES (2) trid tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(3)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1255 tal-11 ta’ Lulju 2017 dwar mudell għad-deskrizzjoni tas-sistemi u l-proċeduri nazzjonali biex idaħħlu organizzazzjonijiet bħala Membri u Sħab tal-EURES (3) trid tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(4)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1256 tal-11 ta’ Lulju 2017 dwar il-mudelli u l-proċeduri għall-iskambju ta’ informazzjoni dwar il-programmi ta’ ħidma nazzjonali tan-netwerk EURES fil-livell tal-Unjoni (4) trid tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(5)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1257 tal-11 ta’ Lulju 2017 dwar l-istandards u l-formati tekniċi meħtieġa għal sistema uniformi li tippermetti t-tqabbil ta’ postijiet tax-xogħol battala ma’ applikazzjonijiet għax-xogħol u CVs fuq il-portal EURES (5) trid tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(6)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/170 tat-2 ta’ Frar 2018 dwar l-ispeċifikazzjonijiet dettaljati uniformi għall-ġbir u għall-analiżi tad-data sabiex jiġi mmonitorjat u evalwat il-funzjonament tan-netwerk tal-EURES (6) trid tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(7)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1020 tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar l-adozzjoni u l-aġġornament tal-lista ta’ ħiliet, kompetenzi u okkupazzjonijiet tal-klassifikazzjoni Ewropea għall-fini tat-tlaqqigħ awtomatizzat permezz tal-pjattaforma komuni tal-IT tal-EURES (7) trid tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(8)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1021 tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar l-adozzjoni ta’ standards u formati tekniċi meħtieġa għall-operazzjoni tat-tlaqqigħ awtomatizzat permezz tal-pjattaforma komuni tal-IT bl-użu tal-klassifikazzjoni Ewropea u l-interoperabbiltà bejn is-sistemi nazzjonali u l-klassifikazzjoni Ewropea (8) trid tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(9)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/716 tħassar id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/733/UE (9), li hija inkorporata fil-Ftehim ŻEE u li konsegwentement trid titħassar skont il-Ftehim ŻEE.

(10)

Għalhekk, jenħtieġ li l-Anness V u l-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE jiġu emendati skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness V tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

Dan li ġej jiżdied mal-punt 2 (ir-Regolament (UE) Nru 492/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):

“, kif emendat bi:

32016 R 0589: Ir-Regolament (UE) 2016/589 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ April 2016 (ĠU L 107, 22.4.2016. p. 1).”

2.

Il-punti li ġejjin jiddaħħlu wara l-punt 8 (id-Direttiva 2014/54/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):

“9.

32016 R 0589: Ir-Regolament (UE) 2016/589 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ April 2016 dwar netwerk Ewropew ta’ servizzi tal-impjiegi (EURES), aċċess tal-ħaddiema għas-servizzi ta’ mobilità u integrazzjoni ulterjuri tas-swieq tax-xogħol u li jemenda Regolamenti (UE) Nru 492/2011 u (UE) Nru 1296/2013 (ĠU L 107, 22.4.2016, p. 1).

Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, id-dispożizzjonijiet tar-Regolament għandhom jinqraw bl-adattamenti li ġejjin:

(a)

Il-kliem ‘l-Artikolu 45 TFUE’ għandu jiġi sostitwit bil-kliem ‘l-Artikolu 28 tal-Ftehim ŻEE’.

(b)

Il-kliem ‘ċittadini tal-Unjoni’ għandu jiġi sostitwit bil-kliem ‘ċittadini tal-Istati Membri tal-UE u tal-Istati tal-EFTA’.

(c)

Fl-Artikolu 6:

(i)

referenzi għall-Artikolu 3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u għall-Artikolu 145 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea m’għandhomx japplikaw.

(ii)

fil-punt (d), il-kliem ‘f’konformità mal-liġi u l-prassi tal-Unjoni’ għandu jiġi sostitwit bil-kliem ‘f’konformità mal-leġiżlazzjoni applikabbli skont il-Ftehim ŻEE’.

(d)

Fl-Artikolu 9(4)(c), il-kliem ‘ir-regoli u l-istrumenti eżistenti tal-Unjoni’ għandu jinbidel bil-kliem ‘ir-regoli u l-istrumenti eżistenti applikabbli skont il-Ftehim taż-ŻEE’.

(e)

Fl-Artikolu 34, il-kliem ‘il-liġi tal-Unjoni’ għandu jiġi sostitwit bil-kliem ‘leġiżlazzjoni applikabbli skont il-Ftehim taż-ŻEE’.

9a.

32017 D 1255: Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1255 tal-11 ta’ Lulju 2017 dwar mudell għad-deskrizzjoni tas-sistemi u l-proċeduri nazzjonali biex idaħħlu organizzazzjonijiet bħala Membri u Sħab tal-EURES (ĠU L 179, 12.7.2017, p. 18).

9b.

32017 D 1256: Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1256 tal-11 ta’ Lulju 2017 dwar il-mudelli u l-proċeduri għall-iskambju ta’ informazzjoni dwar il-programmi ta’ ħidma nazzjonali tan-netwerk EURES fil-livell tal-Unjoni (ĠU L 179, 12.7.2017, p. 24).

9c.

32017 D 1257: Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1257 tal-11 ta’ Lulju 2017 dwar l-istandards u l-formati tekniċi meħtieġa għal sistema uniformi li tippermetti t-tqabbil ta’ postijiet tax-xogħol battala ma’ applikazzjonijiet għax-xogħol u CVs fuq il-portal EURES (ĠU L 179, 12.7.2017, p. 32).

9d.

32018 D 0170: Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/170 tat-2 ta’ Frar 2018 dwar l-ispeċifikazzjonijiet dettaljati uniformi għall-ġbir u għall-analiżi tad-data sabiex jiġi mmonitorjat u evalwat il-funzjonament tan-netwerk tal-EURES (ĠU L 31, 3.2.2018, p. 104).

9e.

32018 D 1020: Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1020 tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar l-adozzjoni u l-aġġornament tal-lista ta’ ħiliet, kompetenzi u okkupazzjonijiet tal-klassifikazzjoni Ewropea għall-fini tat-tlaqqigħ awtomatizzat permezz tal-pjattaforma komuni tal-IT tal-EURES (ĠU L 183, 19.7.2018, p. 17).

9f.

32018 D 1021: Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1021 tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar l-adozzjoni ta’ standards u formati tekniċi meħtieġa għall-operazzjoni tat-tlaqqigħ awtomatizzat permezz tal-pjattaforma komuni tal-IT bl-użu tal-klassifikazzjoni Ewropea u l-interoperabbiltà bejn is-sistemi nazzjonali u l-klassifikazzjoni Ewropea (ĠU L 183, 19.7.2018, p. 20).”

3.

It-test tal-punt 2a (id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/733/UE) jitħassar.

Artikolu 2

Dan li ġej jiżdied fl-ewwel paragrafu tat-tielet inċiż tal-Artikolu 15(8) (Ir-Regolament (UE) Nru 1296/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE:

“, kif emendat bi:

32016 R 0589: Ir-Regolament (UE) 2016/589 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ April 2016 (ĠU L 107, 22.4.2016. p. 1).”

Artikolu 3

It-testi tar-Regolament (UE) 2016/589 u tad-Deċiżjonijiet ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/1255, (UE) 2017/1256, (UE) 2017/1257, (UE) 2018/170, (UE) 2018/1020 u (UE) 2018/1021 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Article 4

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-14 ta’ Diċembru 2019, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Article 5

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Diċembru 2019.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Gunnar PÁLSSON


(1)  ĠU L 107, 22.4.2016, p. 1.

(2)  ĠU L 125, 13.5.2016, p. 24.

(3)  ĠU L 179, 12.7.2017, p. 18.

(4)  ĠU L 179, 12.7.2017, p. 24.

(5)  ĠU L 179, 12.7.2017, p. 32.

(6)  ĠU L 31, 3.2.2018, p. 104.

(7)  ĠU L 183, 19.7.2018, p. 17.

(8)  ĠU L 183, 19.7.2018, p. 20.

(9)  ĠU L 328, 28.11.2012, p. 21.

(*1)  Hemm indikati rekwiżiti kostituzzjonali.